RESIDENTI TA’ SAN VINCENZ DE PAUL JICCELEBRAW IL-FESTA TA’ SAN GIRGOR
Madwar 300 anzjan u anzjana mir-Residenza San Vincenz de Paul, illum iccelebraw il-festa tradizzjonali ta' San Girgor, b'harga fil-kampanja Maltija. F'nofs in-nhar l-anzjani ingabbru kollha taht it-tinda tal-gonna tal-Buskett ghall-ikla tradizzjonali.
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, Dr Antoine Mifsud Bonnici, meta kellem lil dawn l-anzjani, li 120 minnhom huma "wheelchair cases" ferhilhom ghax ghalkemm huma residenti f'San Vincenz de Paul, ghadhom attivi u jiehdu nteress fil-hajja ta' madwarhom u b'hekk huma ta’ ezempju ghal anzjani ohra.
Dr. Mifsud Bonnici irringrazzja wkoll lill-istaff tal-entertainment section kif ukoll lil kull min ta l-ghajnuna tieghu ghall-impenn u d-dedikazzjoni taghhom biex jorganizzaw dawn l-attivitajiet socjali matul is-sena, ghal dawn l-anzjani li ghadhom relattivament b'sahhithom, ghax b'hekk inkunu qed inwettqu fil-prattika l-politika socjali dwar l-anzjani, biex innaqsu l-problemi marbuta mas-sahha u l-kondizzjonijiet fizici u mentali.
Dr. Mifsud Bonnici kompla jghid li l-impenn tal-Gvern prezenti huwa li jipprovdi l-ahjar servizzi u ambjent fejn jghixu l-anzjani biex nipprovdu kwalita' ta' hajja dejjem ahjar. Huwa semma l-progett kbir li nbeda f’San Vincenz de Paul, jigifieri l-blokk ta' Swali Nisa u Rgiel 1 - 2 - 3 u 4, li qed jitwaqqghu biex jinbnew mill-gdid swali mill-isbah ta’ l-ghola livell.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN