STQARRIJA MILL-MINISTERU GHALL-AFFARIJIET BARRANIN
B’referenza ghall-artikolu li deher fil-harga ta’ "KullHadd" ta’ 31 ta’ Marzu, dwar in-negozjati ma’ l-UE fuq ix-xiri tal-proprjeta’, il-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin irid juri t-thassib tieghu ghal mod kif tghawgu l-fatti dwar dak li nnegozjat Malta fuq il-proprjeta`; u ghal mod zlejali ta’ rapportagg ta’ Saviour Cachia fir-rapport tieghu intitolat "Hammrulna Wiccna". L-istess Saviour Cachia baghat fax b’xi mistoqsijiet dwar is-suggett lill-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin nhar is-27 ta’ Marzu (kopja hawn mehmuza) u l-Ministru baghat ir-risposti tieghu fid-29 ta’ Marzu li kienu jaqraw hekk :
"Nirreferi ghal fax tieghek tas-27 ta' Marzu, fejn inti ghamilt referenza ghall-ftehim li l-Polonja ghamlet ma’ l-UE, fin-negozjati li jirrigwardaw il-bejgh ta’ l-art u tal-proprjeta; ' u fejn staqsejtni jekk 'il-Gvern Malti hux ser jitlob li jinfethu mill-gdid in-negozjati li ghamel ma’ l-istess UE dwar il-kapitlu imsemmi, biex il-perijodu moghtija lill-Gvern Malti minn seba’ snin jizdiedu ghal tnax-il sena, jew jinkisbu koncessjonijiet ahjar fl-interess tal-pajjiz.'
Nixtieq nistaqsik minn fejn gibt din l-informazzjoni li l-Gvern Malti nnegozja seba’ snin dwar il-proprjeta`. Forsi hadt spunt minn dak li qal il-Kap ta’ l-Oppozzizzjoni dwar is-suggett?
Kont nahseb li wiehed ghandu jivverifika l-fatti tieghu, u ma jafdax b'mod daqshekk assolut fuq dak li jghid haddiehor, ghaliex anke l-Kap tal-Oppozzizzjoni jista’ jizbalja. Qed nghid dan ghaliex il-Gvern Malti fil-fatt irnexxielu jinnegozja arrangament permanenti dwar l-akkwist tal-proprjeta` u mhux perijodu tranzizzjonali ta' seba’ snin kif qal Dr. Sant, u kif indikajt int fil-mistoqsija tieghek. Il-fatti li ghidtu dwar il-Polonja huma korretti, izda dawk dwar Malta huma totalment zbaljati. Ghalhekk nixtieq nistaqsi lilek jekk tahsibx li, fid-dawl ta’ dawn il-fatti, il-Gvern Pollakk ghandux jitlob li jinfethu n-negozjati li ghamel huwa ma’ l-UE dwar din il-materja.
Is-seba’ snin li rriferejtu ghalihom inti u l-Kap tal-Oppozzizzjoni jirrigwardaw in-negozjati dwar il-Moviment Hieles tal-Persuni, fejn Malta akkwistat perijodu tranzizzjonali ta’ seba’ snin dwar il-Moviment Hieles tal-Persuni lejn Malta. Irid jinghad li l-Polonja, fir-rigward tal-Moviment Hieles tal-Persuni, ma kisbet l-ebda perijodu tranzizzjonali, izda kienet l-UE li mponiet perijodu tranzizzjonali ta’ seba’ snin fuq il-moviment hieles tal-persuni mill-Polonja ghal UE: il-Maltin kisbu d-dritt li jidhlu u jahdmu fl-UE mill-ewwel gurnata tas-shubija. Ma nafx jekk, fid-dawl ta’ dan, tridx forsi taghti parir lill-Gvern tal-Polonja biex jiftah in-negozjati mill-gdid mal-UE ukoll fuq il-moviment hieles tal-persuni, in vista ta’ dak li akkwista l-Gvern Malti f’dan ir-rigward.
Filwaqt li nirringrazzjak ta’ l-ghajnuna w l-pariri li ppruvajt taghti l-Gvern Malti dwar in-negozjati ghas-shubija ta’ Malta fl-UE, galadarba dawn kienu bbazati fuq fatti zbaljati, nitolbok li tirriproduci ezattament u fl-interita` taghhom dawn il-mistoqsijiet maghmulin minnek u wkoll ir-risposti tieghi."
Il-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin isostni li r-rapport fuq imsemmi bl-ebda mod ma’ jirrefletti l-kontenut tar-risposti li ta l-Ministru. Il-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin jerga’ jtenni li qed jinnegozja ma’ l-UE sabiex igib l-ahjar pakkett ghal Malta. Huwa ghalhekk li l-Gvern innegozja arrangament permanenti fuq ix-xiri tal-proprjeta` u ma’ talabx perijodu tranzizzjonali biss bhalma ghamlu l-Polonja.
Waqt li huwa minnu li l-Polonja marret l-ahjar minn fost il-pajjizi ex-kommunisti, kandidati ghas-shubija fl-UE dwar ix-xiri tal-proprjeta`, fis-sens li fosthom kisbet l-itwal perijodu tranzizzjonali, izda dak li kisbet jibqa` perijodu tranzizzjonali u mhux arrangament permanenti bhalma rnexxielha tikseb Malta.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN