Left arrow Go Back

IL-ĦINIJIET TAL-FTUĦ U GHELUQ TAL-ĦWIENET

PR413
Date Icon 01/04/2002

L-Avviż Legali li jirregola l-proċeduri tal-ħruġ tal-liċenzji tan-negozju ser ikun jinkludi skeda li tirregola l-ħin tal-ftuħ u l-għeluq tan-negozju, kemm matul il-ġimgħa kif ukoll nhar ta' Ħadd.

Ftit tal-jiem ilu, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo kien habbar li kienet simplifikata l-proċedura għall-applikazzjoni, li sid ta' negozju jrid jagħmel għal-late night shopping.

Fejn qabel sid ta' ħanut kellu l-obbligu li japplika għall-permess għand id-Direttur ta' l-Industrial and Employment Relations Department, u ftit li xejn kienu japplikaw; issa m'għadx baqa' bżonn li ssir applikazzjoni f'dan id-Dipartiment.

L-uniku obbligazzjoni li sid ta' ħanut għandu hija, li f'każ li jrid jibqa' miftuħ għal-late night shopping sa l-10.00 p.m. minflok sas-7.00 p.m., għandu javża b'din id-deciżjoni lit-Trade Licensing Unit, Lascaris il-Belt; permezz ta' formula apposta li kull sid ta' ħanut ikun jista' jieħu mingħand l-uffiċċju tal-Kunsilli Lokali.

Il-late night shopping ser ikun possibbli jsir jew nhar ta' Ħamis, jew il-Ġimgħa jew is-Sibt, iżda kif jidher mill-formola statutorja, sid il-ħanut irid jagħżel ġurnata waħda mill-granet imsemmija, meta jkun jixtieq jiftaħ. Għalhekk kull sid ta' ħanut ser ikollu l-permess li jiftaħ għall-ġurnata waħda biss f'ġimgħa ghal-late night shopping.

Is-Segretarju Parlamentari Vassallo wera' s-sodisfazzjoni tiegħu għal mod pożittiv li bih din l-opportunità ntlaqgħat. Fil-fatt diġà resqu għadd ġmielu ta' sidien ta' negozji li wrew l-interess tagħhom ghal iktar informazzjoni dwar kif ghandhom japplikaw.

Anke da parti tal-konsumaturi, kien hemm reazzjoni posittiva ghar-rigward tal- late night shopping.

Skema ġdida li ser titħaddem fuq sistema volontarja hija l-ftuħ tal-ħwienet li jbiegħu prodotti ta' Groceries li qegħdin f'żoni turistiċi

Il-lista ta' dawn iż-żoni qed tigi annessa ma' din l-istqarrija: Annex 1

Il-proċedura li ser tirregola din l-iskema ser tkun ippubblikata fl-Avviż Legali, kopja ta' liema qed tigi ppubblikata ma' din l-istqarrija wkoll: Annex 2

Din l-iskema hija maħsuba li tkun applikabbli għall-ħwienet tal-komunitajiet li jikkwalifikaw bħala żoni turistiċi, u ser tkun miftuħa s-sena kollha. Din hija skema ta' roster li ser tkun applikabbli fuq sistema volontarja għas-sidien tal-ħwienet tal-merċa.

L-intenzjonijiet ghal din il-proċedura ġdida kienu, li

1 Jinqeda l-konsumatur lokali li jaħdem matul il-ġimgħa.

2 Nilqgħu għad-domanda tas-settur turistiku

3 Li nipprovdu l-bejgħ ta' prodotti mill-iżjed essenzjali.

"F'dan l-eżerċizzju kont konxju li għas-settur tal-konsumatur, iżjed ma jiftħu ħwienet iżjed ikun aħjar. Minn naħa l-oħra kont konxju wkoll li l-estensjoni tal-ħinijiet tal-ħwienet jista' jkollha wkoll impatt negattiv għal numru kbir ta' ħwienet żgħar u għalhekk fil-proċess ta' diskussjonijiet li kelli mal-G.R.T.U., wasalna biex insibu qbil dwar l-aħjar bilanċ bejn il-bżonnijiet tal-konsumatur u sid il-ħanut", qal is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.

Il-bejgħ ta' prodotti mill-confectioners ser jibqa' kif kien u dan ifisser li l-bejgħ tal-confectionery items ikun għal 24 siegħa, il-ġimgħa kollha, inkluż il-Ħadd.

Dawn il-proċeduri li tħabbru huma kompromess mar-realtà tas-suq li permezz taghhom trid tinqeda d-domanda tal-konsumatur, filwaqt ukoll li jintgharfu l-ħtiġijiet tas-sidien tal-ħwienet, li fil-maġġoranza tagħhom huma negozji żgħar.

L-Onor. Edwin Vassallo temm jghid li jinsab perswaz li "qed noffru l-aħjar soluzzjoni għal sitwazzjoni li qed niffaċċjaw fis-suq, fejn minn naħa hawn domanda biex ikollna l-ħinijiet tan-negozju aktar liberalizzati u minn naħa l-oħra ma jistax ikollna ċirkustanzi fejn ikollna nhar ta' Ħadd u nhar ta' Tnejn xorta. Il-Ħadd irid jibqa' ġurnata speċjali."

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow