TIGDID TAL-KARTA TA’ L-IDENTITA’ FIL-MELLIEHA
Il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Kummissjonarju Elettorali Principali jinfurmaw lill-pubbliku li ser isir it-tigdid tal-Karti ta’ l-Identita’ fil-Mellieha minn nhar it-Tnejn, 1 ta’ April sa nhar il-Hamis, 11 ta’ April, 2002.
It-tigdid tal-Karta ta’ l-Identita’ ser isir fl-Iskola Primarja tal-Gvern Maria Bambina, Triq Vincenzo Ciappara. Fic-Centru msemmi jistghu jattendu biss ir-residenti ta’ dik il-lokalita’ partikolari. It-tigdid qed isir ghal dawk kollha li diga’ ghandhom Karta ta’ l-Identita’. Dawk li ser japplikaw ghall-ewwel darba ma jkunux jistghu jaghmlu dan fic-Centru tal-lokalita’ taghhom izda jkunu jridu japplikaw fl-Ufficcju tal-Karta ta’ l-Identita’ l-Belt, Valletta.
Ghandha tigi pprezentata l-Karta ta’ l-Identita’ prezenti kif ukoll il-formola tat-tigdid bl-informazzjoni mitluba, li qeghda tigi mibghuta lil kull min ghandu jgedded l-Karta ta’ l-Identita’. Il-hinijiet li fihom isir it-tigdid ser ikunu: fost il-gimgha bejn it-3.00 p.m. u s-7.00 p.m. Is-Sibtijiet mit-8.00 a.m. sa nofsinhar. Ma jsirx tigdid tal-Karta ta’ l-Identita’ l-Hadd 7 ta’ April, 2002.
Aktar dettalji dwar it-tigdid u l-mili tal-formola jinsab fil-fuljetti li qeghdin jintbaghtu bil-posta mal-formola tat-tigdid.
Il-Karta ta’ l-Identita’ l-gdida tkun tista’ tigi rtirata aktar ‘l quddiem u ser jinhareg avviz dwar dan.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN