Left arrow Go Back

Reazzjoni tal-Ministeru ta’ l-Intern u l-Ambjent dwar stqarrija tal-Federazzjoni ta’ l-Industrija dwar l-ambjent

PR401
Date Icon 27/03/2002

L-istqarrija li nharget mill-Federazzjoni ta’ l-Industrija (FOI) tinkludi diversi asserzjonijiet li jehtiegu korrezzjoni. Bhal ma’ l-industrija taf tajjeb, meta wiehed jaghmel caqlieqa logistika fi hdan organizzazzjoni li toffri servizz, dan ma jfissirx li l-operat taghha waqaf. Il-funzjonijiet tal-harsien ambjentali fi hdan id-Direttorat ghall-harsien ta’ l-ambjent ma waqfux, l-aktar fid-dawl tal-fatt li l-Awtorità ta’ l-Ippjanar (illum imsejha L-Awtorità ta’ l-Ippjanar u l-Ambjent) kienet maghzula bhala l-Awtorità kompetenti biex tamministra l-Att dwar il-Protezzjoni Ambjentali.

L-gheluq tan-negozjati ma’ l-Unjoni Ewropea dwar il-Kapitlu ta’ l-Ambjent hija r-responsabbilità tas-Segretarjat Permanenti tal-Ministeru rilevanti, u ghaldaqstant, kuntrarju ghal dak li qed timplika l-FOI, it-trasferiment tar-responsabbilitajiet ambjentali lill-Awtorità ta’ l-Ippjanar ma jaffettwax dan il-process.

Il-Gvern irid li jsahhah ir-rispons ghall-isfidi ambjentali tal-pajjiz, irrispettivament mit-talba ta’ Malta biex issir membru shih ta’ l-Unjoni Ewropea. Aktar minn hekk, u kuntrarju ghal dak li qed tghid l-FOI, l-Unjoni Ewropea ma tidholx fil-mod dwar kif kull pajjiz jorganizza l-kapacitajiet amministrattivi tieghu, biex jimplimenta d-Direttivi dwar l-Ambjent.

Ghal kuntrarju ta’ dak li qalet l-FOI, il-merger li sar bejn id-Dipartiment ghall-Harsien ta’ l-Ambjent u l-Awtorità ta’ l-Ippjanar, biex giet iffurmata l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA), mistennija tindirizza d-duplikazzjoni ta’ funzjonijiet li kienu jezistu fi hdan l-Awtorità ta’ l-Ippjanar u d-Dipariment ghall-Harsien ta’ l-Ambjent. Il-MEPA m’hijiex dipartiment tal-Gvern u ghalhekk hija awtonoma fil-mod kif taqdi l-funzjonijiet taghha, skond l-Att dwar il-Harsien ta’ l-Ambjent.

Kuntrarju ghal dak li qed tghid l-FOI, il-Bord ta’ l-Awtorità jinkludi persuni li jahdmu fl-industrija u ohrajn li ghandhom il-kwalifiki u l-esperjenza f’oqsma ambjentali.

L-FOI qalet ukoll li l-poteri tat-Taqsima ta’ l-Infurzar fi hdan il-MEPA se jitherrew. Din hija asserzjoni skorretta ghall-ahhar. Minbarra numru ta’ Spetturi ta’ l-Ambjent li kienu reklutati fil-bidu ta’ din is-sena, qabel ma sar il-merger, l-Awtorità qeghda wkoll tezamina n-numru addizzjonali ta’ Spetturi ta’ l-Ambjent li hu mehtieg biex tissahhah il-funzjoni ta’ l-Ispettorat.

Barra minn hekk, il-fatt li l-ispetturi ta’ l-ambjent u ta’ l-ippjanar ingiebu flimkien, se jsahhah ir-rispons ta’ l-Awtorità kontra l-ksur tal-ligijiet ambjentali bhal rimi ta’ skart illegali fil-kampanja.

Il-Gvern jixtieq jassigura lill-FOI, li bil-merger tad-Dipartiment tal-Harsien ta’ l-Ambjent ma’ l-Awtorità ta’ l-Ippjanar, il-Gvern se jkun qed izid l-impenn tieghu biex jizgura li kull min jikser il-ligijiet ambjentali se jkollu jhallas ghal dak li jaghmel. Barra minn hekk, is-separazzjoni ta’ l-aspetti regolatorji ta’ l-ambjent (bhal dak li tiehu azzjoni kontra min jarmi l-iskart b’mod illegali – li hija responsabbilità tal-MEPA) mill-aspetti operazzjonali (bhat-tindif ta’ l-inhawi fejn jintrema l-iskart – li hija r-responsabbilità tal-Ministeru tar-Rizorsi u l-Infrastruttura) huwa pass importanti hafna, biex jintlaqghu b’mod effettiv l-isfidi ambjentali ta’ dan il-pajjiz. Bhal ma taf tajjeb l-FOI, wiehed ma jistax ikun regolatur u operatur fl-istess waqt.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow