STQARRIJA
F’dawn il-granet kien hemm spekulazzjoni fl-istampa dwar osservazzjonijet li saru mill-Magistrat Silvio Meli fil-kors ta’ inkjesta dwar is-sejba ta’ fdalijiet umani fil-limiti tar-Rabat u l-ghejbien u omicidju volontarju ta’ Lino sive Paul Cauchi. Din l-ispekulazzjoni hi mibnija fuq informazzjoni inkompleta. Huwa ghalhekk fl-interess pubbliku li tinghata dik l-informazzjoni kollha li tista’ tinghata fir-rigward.
L-inkjesta nfethet mill-allura Magistrat David Scicluna wara rapport tal-Pulizija tal-15 ta’ Novembru, 1985, dwar fdalijiet ta’ kadavru fil-limiti tar-Rabat. Il-Magistrat Scicluna ghalaq ghall-ewwel darba l-inkjesta fl-20 ta’ Marzu, 1989.
Fit-3 ta’ Lulju, 1989, l-Avukat Generali baghat lura l-process verbal lill-Magistrat u talab li tissokta l-investigazzjoni dwar l-ghejbien u l-omicidju volontarju ta’ Lino sive Paul Cauchi. B’rizultat ta’ dan, il-Magistrat Scicluna kompla bl-inkjesta kif mitlub mill-Avukat Generali u l-inkjesta regghet inghalqet u ntbaghtet lill-Avukat Generali fil-21 ta’ Ottubru, 1996.
Il-process verbal rega ntbaghat lura lill-Magistrat fit-23 ta’ Jannar, 1997 u dan gie ritornat lill-Avukat Generali fis-27 ta’ Mejju, 1997.
Meta l-Avukat Generali kellu rapporti mill-Pulizija li kien hemm zviluppi fl-investigazzjoni taghhom dwar il-kaz, l-Avukat Generali, fis-7 ta’ Awissu, 2001 ghal darb’ohra baghat lura l-process verbal lill-Magistrat li lilu giet assenjata l-inkjesta, u cioe’ lill-Magistrat Silvio Meli, peress li sadattant, il-Magistrat Scicluna gie elevat ghall-bank tal-gudikatura, sabiex jissokta bl-inkjesta. Il-Magistrat Silvio Meli, fis-7 ta’ Settembru 2001, ghalaq mill-gdid l-inkjesta u baghat lura l-process verbal lill-Avukat Generali u ghadda xi osservazzjonijiet ta’ fatt u ta’ ligi, indirizzati lil hadd partikolari, izda "lil min hu dovut", fejn ilmenta li hadd ma ha azzjoni biex tinfetah inkjesta dwar l-ghejbien u l-qtil ta’ Lino Cauchi.
Fs-26 ta’ Ottubru, 2001, l-Avukat Generali rega’ baghat lura l-process verbal lill-Magistrat u wara li gie spjegat lilu li, fuq talba ta’ l-Avukat Generali, l-inkjesta kienet diga’ giet estiza mill-Imhallef (allura Magistrat) Scicluna ghall-ghejbien u qtil ta’ Lino Cauchi, u dan sa minn Lulju, 1989, kif kien jirrizulta mill-istess process verbal, fejn il-Magistrat Meli kien ghamel l-osservazzjonijet tieghu, il-Magistrat Meli gie mitlub jissokta bl-inkjesta billi jisma’ x-xhieda li gew lilu ndikati. Il-Magistrat ghamel dak mitlub u rega’ ghalaq l-inkjesta fis-16 ta’ Novembru, 2001, bla ebda kumment iehor.
L-indagnijiet tal-Pulizija sadattant baqghu ghaddejjin u ghadhom mexjin sal-gurnata tal-lum.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN