PREŻENTAZZJONI TRADIZZJONALI TA' KULL SENA MILL-MALTA COMMUNITY CHEST FUND
L-E.T. il-President ta' Malta u s-Sinjura de Marco, f'isem il-Malta Community Chest Fund, bejn il-bieraħ u llum, ippreżentaw madwar 1,140 bajda tal-Għid lil diversi istituzzjonijiet filantropiċi f'Malta u Għawdex.
F'Ghawdex, il-bieraħ filgħodu, minbarra l-preżentazzjoni tradizzjonali tal-bajd tal-Għid lil tliet istituzzjonijiet; 8 individwi u 2 istituzzjonijiet filantropiċi bbenefikaw minn total ta' Lm2,187. Dawn kienu jikkonsistu f'għajnuna finanzjarja, apparat speċjalizzat, fosthom wheelchairs u buggies speċjali, u diversi għajnuniet oħra.
L-istituzzjonijiet u assoċjazzjonijiet li rċevew l-għajnuna ppreżentata l-bieraħ f' Għawdex mill-E.T. il-President u s-Sinjura de Marco huma kif ġej:
- Friends of the Sick and Elderly, Għawdex
- Sorijiet Dumnikani, Victoria
Bħala parti mill-preżentazzjoni tradizzjonali tal-bajd tal-Għid, f'Għawdex ukoll, il-President u s-Sinjura de Marco, ippreżentaw bajd tal-Għid lil tliet istituzzjonijiet, li huma:
- Lourdes Home
- Fondazzjoni Oasi
- Ic-Children's Homes
Fis-27 ta' Frar li għadda, diversi individwi u istituzzjonijiet kienu bbenefikaw minn total ta' aktar minn LM 19,000. Għall-preżentazzjonijiet tal-bieraħ u llum, il-materjal tal-pakkeġġ tal-bajd tal-Għid kien ipprovdut b'xejn mill-kumpanija World Wide Co. Ltd.
Dalghodu, il-President ta' Malta u s-Sinjura de Marco, f'isem il-Malta Community Chest Fund, ippreżentaw bajd tal-Għid lil diversi istituzzjonijiet filantropiċi.
Din il-preżentazzjoni, li issa saret tradizzjoni sinonima mal-kalendarju t' attivitajiet tal-Malta Community Chest Fund, saret fil-Palazz, il-Belt Valletta u b' kollox 20 istituzzjoni, f'isem it-tfal li jgħixu fl-istituti rispettivi, u tfal li huma fil-preżent pazjenti fl-Isptar San Luqa, irċevew bejniethom aktar minn 1,100 bajda tal-Għid.
L-istituzzjonijiet filantropiċi li bbenefikaw huma dawn:
- Angela House, Guardamangia
- Creche tal-Ursolini, Sliema
- Istitut ta' Fra Diego, Ħamrun
- Creche tal-Orsolini, Valletta
- Dar Santa Rita, Tarxien
- Dar Sagra Familja, Żabbar
- Istitut San Ġużepp, Żabbar
- Dar Ġesu ta' Nazareth, Żejtun
- Dar Santa Tereża, Żurrieq
- Istitut San Ġużepp, Ħamrun
- Dar San Ġużepp, Żejtun
- Dar St. Francis de Paule, Birkirkara
- Istitut Saint Patricks, Sliema
- Dar Merħba Bik
- Childrens Homes
- Dar tal-Providenza, Siġġiewi
- Istitut Vinċenzo Bugeja
- Dar Mother Theresa, Cospicua
- Eden Foundation
- Cini Institute
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN