Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO

PR389
Date Icon 26/03/2002

Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, l-Onor. Edwin Vassallo jixtieq juri d-diżapprovazzjoni tiegħu għall-mod kif diskors tieghu gie interpretat ħażin fis-servizz ta' l-ahbarijiet ta' Super One - 'One News', ta' nhar l-Erbgħa, 20 ta' Marzu 2002; fejn kien irrapportat li huwa appella lill-istudenti biex ma jagħtux każ ta' x'qed tgħid l-I.V.A. u l-M.I.C. L-istess rappurtagg kien intenzjonat li jagħti l-impressjoni li b'xi mod, l-Onor. Edwin Vassallo huwa kontra sħubija fl-Unjoni Ewropea u kontra l-ħidma ta' l-I.V.A. u l-M.I.C.

Is-silta li dehret fis-servizz ta' One News, kienet biss parti minn diskors li fih is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo appella lill-istudenti biex jevalwaw x'jiġri minn pajjiżna kemm-il darba ma jisseħibx fl-Unjoni Ewropea. Is-Sur Vassallo kien qed jitkellem ma' studenti fl-laqgħa li kienet organizzata fl-Institute of Business and Commerce, (M.C.A.S.T.) fejn f'din l-okkażjoni, is-Segretarju Parlamentari Vassallo ħass il-ħtieġa li jitlob lil dawn l-istudenti jevalwaw x'ser tkun l-abbilita kompetittiva ta' pajjiżna kemm-il darba pajjiżna ma jkunx parti mill-Unjoni Ewropea. Dan l-argument, is-Sur Vassallo ħass li għandu jagħmlu meta kien qiegħed jitkellem ma' studenti li fil-ġejjieni, ser ikunu qegħdin jaħdmu kemm bħala impjegati f'attivita kummerċjali, jew bħala imprendituri.

Dan il-kumment is-Sur Vassallo għaddih f'okkażjoni fejn f'dik id-diskusssjoni partikolari l-istudenti nstemgħu jikkummentaw li huma xebgħu jisimgħu dwar l-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-uniċi argumenti li huma kellhom, kemm jekk favur jew kontra s-sħubija fl-Unjoni Ewropea, kienu kummenti kif espressi mill-politiċi u organizzazzjonijiet.

Is-Sur Vassallo talab lil dawk l-istudenti biex jaslu għall-konkluzjonijiet tagħhom u jaħsbu b'moħħom u ma jibqgħux marbuta biss ma dak li jisimgħu mill-politici u organizzazzjonijiet oħra. L-interessi ta' l-istudenti bħala ċittadini u l-imprendituri ta' għada għandhom ikunu magħmula bil-ħsieb, u wara li jkunu analizzati s-sitwazzjonijiet kollha marbuta ma' x'jiġri milll-abilita' kompettitiva tagħhom bħala l-imprendituri ta' għada.

Is-Segretarju Parlamentari talab li jsir dan l-ezercizzju ta' hsieb mill-istudenti ghaliex jemmen li kull min f'pajjizna qieghed fin-negozju ghandu jara fi shubija, l-opportunita' li jkabbar l-abilita' kompetittiva tan-negozju tieghu. Fil-waqt li, decizjoni li pajjizna jibqa barra mill-U.E, tpoġġi lill-imprenditur Malti fi żvantaġġ ma' dawk l-imprendituri ta' pajjiżi membri, li diġa qiegħdin igawdu l-vantaġġi tas-sħubija.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow