MALTA TAGHLAQ IN-NEGOZJATI DWAR GUSTIZZJA U INTERN
Il-Hamis, 21 ta' Marzu, Malta ghalqet in-negozjati fuq il-kapitlu li jitratta l-Gustizzja u l-Intern waqt il-11-il sessjoni tal-konferenza dwar is-shubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea u li saret fi Brussels f'livell ta' Deputati. Ic-Chairman tal-Grupp ta' Negozjaturi Maltin, is-Sur Richard Cachia Caruana, mexxa d-delegazzjoni ghan-naha ta' Malta.
L-gheluq ta' dan il-kapitlu jfisser li issa Malta ghalqet provizorjament 21 minn total ta' 29 kapitlu li nfethu ghal negozjati sa llum.
F'diskors li ghamel waqt is-sessjoni tal-konferenza, ic-Chairman tal-Grupp ta' negozjaturi Maltin, is-Sur Richard Cachia Caruana, laqa' b'sodisfazzjon l-gheluq tan-negozjati dwar Gustizzja u Intern. Is-Sur Cachia Caruana ddeskriva t-tradizzjoni twila u stabbli li Malta ghandha fil-qasam tal-Gustizzja u l-Intern, il-gudikatura b'sahhitha u indipendenti li ghandha Malta, u r-rispett profond li jezisti fil-livelli kollha tas-socjeta Maltija lejn il-harsien tal-ligi.
Is-Sur Cachia Caruana semma l-progress konsiderevoli li ghamlet Malta matul dawn l-ahhar xhur biex il-ligijiet taghha jigu konformi ma' dawk ta' l-Unjoni Ewropea u biex twaqqaf l-istrutturi mehtiega halli dawn il-ligijiet ikunu mplimentati. B'rabta ma' dan, is-Sur Cachia Caruana rrefera ghall-emendi li saru fil-Kodici Kriminali ta' Malta, l-adozzjoni tal-ligijiet Maltin ghar-rigward talbiet ghal kenn (asylum), l-adozzjoni ta' l-Att ghall-Harsien ta' l-Informazzjoni (Data Protection Act), l-adozzjoni ta' l-emendi ghall-Att ezistenti dwar Prevenzjoni kontra l-Hasil tal-Flus li jipprovdi wkoll ghal twaqqif ta' Financial Intelligence Unit, kif ukoll l-Att il-gdid dwar l-Immigrazzjoni li se jkun diskuss fil-Parlament fil-gimghat li gejjin.
Is-Sur Cachia Caruana qal li ghadu qed isir progress fuq in-negozjati dwar is-sajd filwaqt li l-kapitlu dwar l-Unjoni Doganali u dak dwar it-Tassazzjoni jehtiegu twegiba urgenti min-naha ta' l-UE halli l-gheluq ta' dawn iz-zewg kapitli jkun possibbli sal-laqgha li jmiss f'livell ta' Deputati. Is-Sur Cachia Caruana wera li mit-tmien kapitli li baqa' ghan-negozjati, Malta qed tippjana li taghlaqhom kollha taht il-Presidenza Spanjola, hlief ghal tlieta li ghandhom implikazzjonijiet finanzjarji (jigifieri l-kapitlu dwar il-Biedja, dak dwar il-Politika Regjonali u l-kapitlu dwar il-Budget u l-Provvedimenti Finanzjarji).
L-Ambaxxatur Poul Skytte Christoffersen, ir-Rapprezentant Permanenti Daniz, li mexxa l-laqgha f'isem ir-Rapprezentant Permanenti Spanjol li kien indispost, ukoll tkellem fis-sessjoni ta' dalghodu. Il-Presidenza rrijaffermat l-impenn taghha ghat-tkabbir ta' l-UE. Ix-xoghol fuq l-abbozz tat-Trattat ta' Shubija, li nbeda l-gimgha l-ohra, kien turija cara ta' l-istadju deciziv li waslu fih in-negozjati.
L-Ambaxxatur Christoffersen fakkar fil-grajjiet tragici tal-11 ta' Settembru u rrefera ghall-Pjan ta' Azzjoni ta' l-UE dwar il-glieda kontra t-terrorizmu. Il-Presidenza nnutat ukoll b'sodisfazzjon li Malta rratifikat il-Konvenzjoniji tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-finanzjament ta' attivitajiet terroristici. L- Ambaxxatur esprima s-sodisfazzjon ta' l-Unjoni Ewropea li l-Kapitlu dwar Gustizzja u Intern kien qed jinghalaq ma' Malta. Il-Presidenza rringrazzjat lil Malta ghall-kontribut li tat fis-Summit ta' Barcellona li sar dan l-ahhar dwar il-process ta' Lisbona.
Eneko Landaburu, id-Direttur-Generali ghat-Tkabbir ta' l-UE fi hdan il-Kummissjoni Ewropea wkoll esprima s-sodisfazzjon tieghu ghall-gheluq tan-negozjati dwar il-Gustizzja u l-Intern. Landaburu sahaq dwar l-importanza li kull pajjiz kandidat jibni l-kapacita ammministrattiva biex ikun kapaci jimplimenta bis-shih il-ligijiet ta' l-UE. Landaburu esprima t-tama u l-istennija li fir-Rapport Regolari taghha li ghandu johrog f'Ottubru, il-Kummissjoni tkun tista' tikkonferma li Malta tissodisfa l-obbligi taghha f'dan ir-rigward.
Is-Sur Cachia Caruana kien akkumpanjat mis-Sur Victor Camilleri, l-Ambaxxatur ta' Malta fi Brussels; is-Sur Patrick Tabone, Assistant Personali tal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin; Ms Graziella Pullicino, Kordinatrici fis-Segretarjat tan-negozjati ma' l-UE u minn ghadd ta' ufficjali mill-Ambaxxata Maltija fi Brussels.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN