Left arrow Mur Lura

diskors tal-Ministru ta’ l-Intern u l-Ambjent, l-ONOR. Dr. Tonio Borg, fl-okkazzjoni taz-zjara tal-President ta’ Malta, Prof. Guido De Marco, fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili

PR367
Date Icon 21/03/2002

Eccellenza
Sur Segretarju Permanenti,
Sur Direttur,
Sinjuri

Nixtieq naghti merhba lill-Eccellenza tieghu il-President ta’ Malta, ghal din iz-zjara li ghogbu jaghmel fil-bini li minnu jopera d-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili. Din hi okkazjoni fejn wiehed ikun jista jara aktar mill-vicin ix-xoghol importanti, izda ta’ sogru li l-Membri tal-Protezzjoni Civili jwettqu f’pajjizna.

Fl-imghoddi, x-xoghol tat-tifi tan-nar u ta’ salvatagg kien inkorporat f’Korpi ohra tal-Forzi ta’ l-Ordni. Kien biss fl-1994 li ttiehdet id-decizjoni li jitwaqqaf id-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili u aktar tard fl-1999, dan inghata s-sahha legali u beda jopera kif nafuh illum.

Bis-sahha tar-raba’ protokoll finanzjarju Taljan, inxtara hafna mill-apparat li bih illum jahdem dan id-Dipartiment. Lm7.1 miljun lira minn dan il-protokoll intefqu biex jintraw sebgha u ghoxrin fire-engine, erba’ ngejni ta’ salvatagg fil-bahar, taghmir sofistikat ghall-gbir taz-zejt mill-bahar; u bini u estensjonijiet ta’ fire stations.

Okkazjoni bhal din tal-lum, iggeghlna nirrealizzaw kemm hu perikoluz u delikat ix-xoghol li dawn in-nies jaghmlu, biex isalvaw il-hajjiet ta’ nies li jsibu ruhhom f’sitwazzjonijiet diffikultuzi. Dan narawh kemm f’Malta kif ukoll f’pajjizi ohra, partikolarment f’dak li gara fl-Istati Uniti fil-11 ta’ Settembru tas-sena li ghaddiet.

Qalb in-nirien u d-dhahen fit-Twin Towers, ftit sieghat wara l-attakki terroristici, ghexieren ta’ fire fighters thabtu kemm felhu ghal missjoni wahda – dik li jsalvaw kemm jista’ jkun hajjiet ta’ nies li nqabdu fil-bini dak il-hin.

Ix-xeni ta’ kuragg li wrew dawk il-fire-fighters dak inhar, minkejja l-fatt li hafna minnhom hallew hajjithom taht it-tifrik wara li t-torrijiet iggarrfu, kienu ta’ ispirazzjoni ghal bosta zghazagh amerikani biex jibdew karriera ta’ fire-fighters.

Anke f’Malta, dan is-sentiment inhass. Dan juri kemm hi qawwija fil-bniedem il-hegga li jghin lil kull min ikollu bzonn ghajnuna. F’Malta, ghalkemm ir-riskju ta’ attakk terroristiku ma jistax jitqabbel ma’ dan ta’ l-Istati Uniti, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili jahdem bla heda biex joffri l-assistenza tieghu fil-pront.

Matul is-sena li ghaddiet, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili kellu madwar hamest elef sejha ghall-ghajnuna, li parti kbira minnhom kienu sejhiet minhabba incendji, incidenti stradali, tixrid ta’ zejt fil-bahar, u sejhiet ohrajn.

Il-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili, jorganizzaw b’mod regolari diversi korsijiet kif ukoll dimostrazzjonijiet kemm dwar tifi tan-nar u salvatagg kif ukoll dwar health and safety. It-tfal ta’ l-iskola u anke l-membri tal-pubbliku bbenefikaw bil-bosta minn dawn l-attivitajiet.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow