Inawgurata Wirja tal-Gimgha Mqaddsa fir-Residenza ghall-Anzjani San Vincenz DE PAUL (SVPR)
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, l-Onor. Dr. Antoine Mifsud Bonnici illum inawgura wirja ta' vari tal-Gimgha Mqaddsa fir-Residenza San Vincenz de Paul. Dawn il-wirjiet jikkonsistu fi platti simbolici mahduma bir-ross u bil-melh, persunaggi Bibblici, statwi artistici, mejda tal-Appostli u xenarju iehor konness ma’ dan iz-zmien qaddis.
Ghal dawn l-ahhar 7 snin, fil-Kumpless Ruzar Briffa kif ukoll fis-Swali 7/8 tal-irgiel, il-haddiema stess hadu din l-inizzjattiva li jtellghu dawn ix-xoghlijiet hekk sbieh.. Il-publiku huwa mistieden li jzur dawn il-wirjiet.
Dr Mifsud Bonnici fahhar id-dedikazzjoni tal-istaff ta' dawn is-swali li hi xi haga ta' min japprezzaha u jfahharha, l-aktar meta tqis li hafna xoghol sar fil-hin liberu taghhom u anke b'donazzjonijiet minn buthom stess. Wiehed jista' wkoll jammira l-kapacitajiet, il-pacenzja u d-dedikazzjoni ta' dawn l-impjegati biex irnexxielhom jaghmlu wirjiet ta' livell hekk gholi. Dr Mifsud Bonnici qal li dawn il-wirjiet, kif ukoll il-funzjonijiet religjuzi li jsiru fil-kappella, isiru biex ir-residenti jidhlu aktar fl-ispirtu ta' din il-grajja qaddisa.
Fl-ahhar nett, Dr Mifsud Bonnici, filwaqt li rringrazzja lil kull min ha sehem sabiex setghu isiru dawn il-wirjiet, ha l-okkazzjoni biex jawgura l-Ghid it-Tajjeb lil kulhadd, specjalment lill-istaff kollu l-familji taghom, kif ukoll lir-residenti kollha ta’ San Vincenz de Paul u l-qraba taghhom.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN