Left arrow Go Back

LEJN SIMPLIFIKAZZJONI TA' PROĊEDURI PERMEZZ TAL-MALTA STANDARDS AUTHORITY U L-IMPORTANZA TAL-ĦARSIEN TA' STANDARDS MIS-SETTUR IMPRENDITORJALI

PR364
Date Icon 21/03/2002

F'konferenza organizzata mill-Malta Standards Authority dwar standards ta' sigurta' tal-lifts, s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo għamel referenza għall-ħidma ta' l-Malta Standards Authority, fil-proċess ta' simplifikazzjoni ta' proċeduri.

Huwa qal li l-Malta Standards Authority qegħdha twassal ukoll biex flimkien ma' Awtoritajiet oħra, tara li ma jitpoġġewx regolamentazzjoni dwar standards li jista' jkun għadu mhux il-waqt li nimplimentaw, jew li ma jkun hemm l-ebda raġuni għaliex għandhom ikunu implimentati. Fih innifsu dan huwa proċess ta' simplifikazzjoni ta' proċeduri.

Din l-awtorita' għandha r-responsabbilita li tara li l-ebda awtorita' ma timplimenta Standards li jistgħu jikkumplikaw b'tali mod il-ħajja tan-negozju, jew li joholqu barrier to trade għal min irid jidħol fin-negozju.

Fid-diskors tiegħu s-Sur Vassallo talab lill-awtoritajiet biex ma jivvintawx standards li għadhom ma jeżistu mkien. Huwa qal li f''kull deċiżjoni li jieħdu għandhom jaħsbu l-ewwel u qabel kollox fl-imprendituri li ser ikunu qed jużaw dawn l-istandards. Fuq kollox dawn l-istandards għandhom isiru fl-interess tas-settur kummerċjali u l-ewwel interess li għandu jkollhom huwa lejn dan is-settur.

Dwar il-ħtieġa ta' għarfien ta' standards s-Sur Vassallo rrimarka li meta s-settur imprenditorjali jkun konformi mal-kwalita', speċjalment meta nirreferu għall-preferenza ta' għażla ta' prodotti bil-marki 'CE', ser inkunu qegħdin ngħidu li aħna rridu nkunu konformi ma' għażla ta' kwalita' li tippermettilna nibqgħu kompetittivi u kapaċi nirbħu vantaġġ fuq min se jaqa' lura."

Huwa konpla jgħid li l-istandards ser ifissru żjieda ta' spejjes u burokrazija, u qal li "llum l-aqwa abilita' fis-suq hija dik l-abilita' kompetittiva li tagħtik vantaġġ. Dik l-ażjenda li kapaċi żżomm postha fis-suq, tagħmel dan għax ikollha competitive edge, billi tagħraf il-prijoritajiet li dejjem jinbidlu".

Is-Sur Vassallo temm jgħid li dan il-ħsieb iwassalna nifhmu aħjar li l-għarfien ta' standards mhux bilfors ifisser żjieda ta' spejjes jew burokrazija. Bil-kuntrarju dak li faċilment jista' jkun miftiehem bħala ħela ta' ħin u burokrazija żejda, qed ifisser akkwist fl-abilita' kompetittiva".

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow