Left arrow Mur Lura

TISWIJIET U TINDIF TAL-FUNTANA TAT-TRITONI

PR355
Date Icon 20/03/2002

Il-Unit għal Servizzi ta' Tisbiħ fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura bħalissa għaddej b'ħidma biex isewwi u jnaddaf il-funtana tat-tritoni barra Bieb il-Belt.

Il-Unit qed jimmodifika s-suction pit tal-pompi ta' l-ilma, qed jibdel, inaddaf u jaġġusta l-isplinkers, qed jibdel valvi u sistemi ta' pajpijiet u qed jibdel parti mill-floodlights li jdawwru l-funtana. Barra minn hekk qed tinbidel is-sistema ta' l-elettriku fil-kuruduri taħt il-funtana u qed isir xogħol ta' manutenzjoni fuq il-pompi.

Il-ħaddiema kaħħlu u żebgħu fejn kien meħtieġ. Fl-istess waqt l-istruttura kollha tnaddfet permezz ta' high pressure jetting bowser.

Ix-xogħol, li beda fl-aħħar ġimgħat u ħafna minnu qed isir bil-lejl, mistenni jitlesta aktar tard dan ix-xahar biex il-funtana terġa' titħaddem qabel l-aħħar ta' Marzu. PR355

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow