Festival Sportiv Fl-Universita`
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, responsabbli mill-Isports, l-Onor. Jesmond Mugliett illum inawgura ufficjalment Sports Festival ta` tlett ijiem fl-Universita` ta` Malta, organizzat mill-Kunsill Studenti Universitarji.
Waqt id-diskors tal-ftuh, il-Perit Mugliett tenna li permezz ta` Festivals bhal dan li qieghed jorganizza l-KSU, inkomplu nippromwovu u nsahhu l-isports Malti. "Bhalissa l-Gvern miexi fuq programm ta` bini ta` facilitajiet bil-ghan li jaghmel l-isport aktar accessibbli ghal kulhadd, fosthom il-Kumpless Sportiv tal-Kottonera, il-Kumpless Sportiv ta’ l-Universita’, fejn fil-prezent qed jitlesta x-xoghol fuq it-tinda ta` dan il-Kumpless" tenna s-Segretarju Parlamentari Mugliett. Huwa tkellem ukoll dwar il-process fejn qed ikunu mghoddija l-facilitajiet sportivi lill-Clubs u Assocjazzjonijiet, u li qed jaghmlu uzu minnhom; kif ukoll iz-zieda fl-ghajnuna li qed jaghti l-Gvern.
Is-Segretarju Parlamentari semma wkoll ix-xoghol ta' ghadd ta' progetti mmirati biex ighinu lill-poplu in generali jiehu sehem aktar attiv fl-isports, filwaqt li qed jigu identifikati u ndirizzati nuqqasijiet fis-sistema edukattiva f’dak li jirrigwarda l-qasam ta’ l-isports, jigifieri n-numru ta` ghalliema ta' l-Edukazzjoni Fizika fl-iskejjel primarji, u n-nuqqas ta` korsijiet f'livell terzjarju ghal coaches professjonali. Dan kollu qed juri l-investiment qawwi li qed ninvesti fl-isports lokali. Is-Segretarju Parlamentari kompla jghid li dawn il-facilitajiet sportivi fl-Universita` ser ikunu accessibbli ghall-istudenti permezz ta' rati favorevoli sabiex kull student jew ghaqda studenteska tista' taghmel uzu minn dawn il-facilitajiet.
Ftit xhur ohra l-Universita` ser ikollha uhud mill-aqwa facilitajiet sportivi f'Malta. Ma' dawn il-facilitajiet hemm ukoll numru ta` ghaqdiet li ghandhom bazi fuq il-kampus. B'dan it-tkabbir tal-partecipazzjoni fl-isports mill-istudenti ta’ l-Universita’ u l-introduzzjoni ta’ aktar korsijiet fl-isports, l-Universita` tista' tizviluppa f'Centru ta' eccellenza ghall-Isports Malti.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN