FTUH TAL-ĦWIENET NHAR TA' HAMIS, NHAR TA' ĠIMGĦA U NHAR TA' SIBT SA L-10.00P.M.
Skond il-liġijiet preżenti sal-lum, kull min ried li jiftaħ il-hanut tiegħu sa' l-10.00 p.m. bħala late night shopping, kien obbligat li jitlob permess mingħand id-Direttur tal-Industrial and Employment Relations Department, u kemm-il darba jingħata l-permess, kien ikun jista' jiftaħ.
Skond l-Avviż Legali li ser jiġi fis-seħħ sa' l-aħħar t' April, il-ħwienet kollha li jkunu jridu jiftħu għal-late night shopping, ser ikunu jistgħu jagħmlu dan mingħajr ma japplikaw għall-permess speċifiku, iżda billi jinnotifikaw lit-Trade Licencing Unit, bid-deċiżjoni tagħhom fuq applikazzjoni maħruġa mill-istess uffiċċju. L-unika obbligazzjoni li ser ikollhom tal-ħwienet li jridu jiftħu għal-late night shopping huwa li juru mal-faċċata tal-ħanut tagħhom, din in-notifikazzjoni li tkun mibgħuta lura lilhom mit-Trade Licencing Unit.
Dan qiegħed isir biex il-Pulizija jkunu jafu min huma dawn il-ħwienet li nnotifikaw lit-Trade Licencing Unit (TLU) biex jibqgħu miftuħa għal-late night shopping.
Għalhekk, minn Mejju 'l quddiem, il-late night shopping ser ikun permessibbli kull nhar ta' Ħamis, Ġimgha u Sibt, u dan sal-10.00 p.m. Dan l-aġġustament qiegħed isir b'riżultat tal-proċess ta' simplifikazzjoni fil-liġiijiet li kienu jirregolaw ukoll il-late night shopping.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN