Left arrow Mur Lura

IL-GVERN SE JAGHMEL SEJHA PUBBLIKA GHAL DAWK INTERESSATI FIL-PRIVAT LI JIPPROVDU S-SERVIZZI TA’GVERN ELETTRONIKU

PR341
Date Icon 15/03/2002

Il-kumpanija Megabyte hija storja ta’ success maltija. Success ibbazat fuq il-vizjoni tal-Maltin li fl-oqsma kollha kapaci jaraw l-opportunitajiet gejjin u jisfruttawhom. Dan qalu l-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali Austin Gatt meta kien qed izur il-kumpanija Megabyte.

Iktar minn hekk din il-kumpanija hija storja ta’ success ibbazata fuq il-kapacitajiet tal-haddiema Maltin u ghalhekk tnissel iktar fiducja fina. Illum, kompla Dr. Gatt, qed naraw kumpanija li hija mibnija mill-Maltin u jahdmu fiha l-Maltin. Dr. Gatt tenna li din hija konferma li f’pajjizna ghandna nies tajbin hafna li jipproducu prodott li jhabbatha mal-barranin. Dr. Gatt tenna li din hija konferma li ahna bhala pajjiz minkejja li ahna zghar ma ghandniex ghax naqtghu qalbna, ghax ahna fost l-ahjar.

Dr.Gatt kompla li Malta, jekk taghraf tisfrutta r-rizorsi li ghandha, tinsab f’pozizzjoni ideali minhabba l-fatt li l-uniku pajjiz li ghadu mhux ittappjat, fil-qasam tal-informatika, huwa dak afrikan u minghajr dubju f’Malta jezistu l-kapacitajiet li nippenetraw dan is-suq.

Il-Ministru Gatt sahaq li fil-politika tieghu l-Gvern irid johloq is-sinergiji bejn l-oqsma kollha biex Malta jkollna socjeta eccellenti ta’l-informazzjoni.

Il-Ministru Gatt rijafferma l-pozizzjoni tal-Gvern li m’ghandu l-ebda interess li jiddomina dan is-settur. Il-Ministru Gatt kompla li l-hidma li trid issir trid tkun fid-direzzjoni ta’ sinergiji tal-kapacitajiet tal-Maltin. Fil-fatt Dr.Gatt habbar li fil-gimghat li gejjin, il-Gvern ser jaghmel sejha ghall-proposti biex kumpaniji jipprovdu servizzi ta’ e-government.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow