Laqgħa dwar it-tilqim u ż-żbir taż-żebbuġ
PR339
15/03/2002
It-Taqsima ta’ l-Extension Service fi ħdan id-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura se torganizza laqgħa għall-bdiewa u ghal dawk kollha nteressati fit-tilqim u ż-żabra taż-żebbuġ.
Il-laqgħa se tinkludi dimostrazzjoni dwar kif għandhom isiru ż-żabra u t-tilqim taż-żebbuġ. Din id-dimostrazzjoni se ssir fuq siġar taż-żebbuġ li qed jitkabbru qrib it-terminal il-ġdid ta’ l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Il-laqgħa se ssir nhar il-Ħadd, 24 ta’ Marzu, fid-9.00 a.m, u d-dħul għaliha jsir minn ħdejn il-petrol station ta’ ħdejn il-McDonalds.
F’din il-laqgħa, is-Sur Vince Schembri, uffiċjal inkarigat mill-frott, se juri kif isiru iż-żabra u t-tilqim taż-żebbuġ.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN