TIGDID TAL-KARTA TA’ L-IDENTITA’
Il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Kummissjonarju Elettorali Principali jinfurmaw lill-pubbliku li ser isir it-tigdid tal-Karti ta’ l-Identita’ f’San Giljan minn nhar it-Tnejn 18 ta’ Marzu sa nhar is-Sibt 6 ta’ April, 2002.
It-tigdid tal-Karta ta’ l-Identita’ f’San Giljan ser isir fl-Iskola Primarja tal-Gvern Dun Karm Xerri, Triq Lapsi. Fic-Centru msemmi jistghu jattendu biss ir-residenti ta’ dik il-lokalita’ partikolari. It-tigdid qed isir ghal dawk kollha li diga’ ghandhom Karta ta’ l-Identita’. Dawk li ser japplikaw ghall-ewwel darba ma jkunux jistghu jaghmlu dan fic-Centru tal-lokalita’ taghhom izda jkunu jridu japplikaw fl-Ufficcju tal-Karta ta’ l-Identita’ l-Belt, Valletta.
Ghandha tigi pprezentata l-Karta ta’ l-Identita’ prezenti kif ukoll il-formola tat-tigdid bl-informazzjoni mitluba, li qeghda tigi mibghuta lil kull min ghandu jgedded l-Karta ta’ l-Identita’. Il-hinijiet li fihom isir it-tigdid ser ikunu: fost il-Gimgha bejn it-3.00 p.m. u s-7.00 p.m. Is-Sibtijiet mit-8.00 a.m. sa nofsinhar. Ma jsirx tigdid tal-Karta ta’ l-Identita’ fid-19, 22, 28, 29 u 30 u fil-Hdud 24 u 31 ta’ Marzu, 2002.
Aktar dettalji dwar it-tigdid u l-mili tal-formola jinsab fil-fuljetti li qeghdin jintbaghtu bil-posta mal-formola tat-tigdid.
Il-Karta ta’ l-Identita’ l-gdida tkun tista’ tigi rtirata aktar ‘l quddiem u ser jinhareg avviz dwar dan.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN