Applikazzjonijiet għal liċenzji ghall-għassara tal-għeneb
Dawk kollha li jagħsru l-għeneb għall-inbid, kemm għal skop kummerċjali kif ukoll għall-uzu tagħhom, għandhom, skond il-liġi, iħallsu liċenzja ta’ Lm20 għal-liċenzja kummerċjali u Lm5 għal-liċenzja privata.
Dawk l-għassara li beħsiebhom iġeddu l-liċenzja kummerċjali jew privata għall-għassara tal-għeneb għal din is-sena, għandhom imorru iħallsuha fil-Mixtla tad-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura f’Wied Inċita, Ħ’Attard, mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8.00 a.m. sa nofs in-nhar, jew inkellha jibaghtu ċekk intestat lill-Aġent Direttur Ġenerali (Agrikoltura) sa mhux aktar tard mid-29 ta’ Marzu 2002.
Dawk l-għassara li huma reġistrati bħala għassara mad-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura u m’humiex interessati li jġeddu l-liċenzja tagħhom għas-sena 2002, għandhom jinfurmaw b’dan bil-miktub lill-Aġent Direttur Ġeneral (Agrikoltura), l-Għammieri, il-Marsa CMR 02.
Kull min hu interessat li japplika għal liċenzja kummerċjali jew privata għall-għassara tal-għeneb għall-ewwel darba għandu japplika personalment fiċ-Ċentru ta’ Riċerka u Żvilupp, Taqsima ta’ l-Inbid, l-Għammieri, il-Marsa.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN