IL-PRIM MINISTRU JATTENDI GĦAS-SUMMIT TAL-PARTITI POPOLARI EWROPEJ (PPE) U GĦALL-LAQGĦA TAL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA F'BARĊELLONA
Il-Prim Ministru llum ħalla Malta għal Spanja, fejn ser jieħu sehem fis-Summit tal-PPE u fil-Laqgħa tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea li fiha ser jieħdu sehem il-Kapijiet ta' Gvern tal-pajjiżi membri ta' l-Unjoni Ewropea u dawk tal-pajjiżi kandidati għas-sħubija. Din hija l-ewwel darba li l-pajjiżi kandidati għas-sħubija ġew mistiedna jipparteċipaw b'mod sħiħ fil-Laqgħa tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea.
Il-Laqgħa tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea ser tiffoka fuq ir-rwol fundamentali tax-xogħol sabiex tintlaħaq l-għaqda soċjali fl-Ewropa, l-importanza ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ fi ħdan il-politika tax-xogħol, kif ukoll aspetti ekonomici u socjali ohra.
Għall-Laqgħa tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea, il-Prim Ministru ser ikun akkumpanjat mil-Ministru tal-Finanzi, John Dalli, il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin, Joe Borg, iċ-Chairman, Core Negotiating Group, Richard Cachia Caruana u l-Kap tad-Direttorat tal-Unjoni Ewropea fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin, Saviour Falzon.
Fi Spanja, ser jingħaqdu mad-delegazzjoni, l-Ambaxxatur Victor Camilleri u l-Ambaxxatur Carmel Aquilina.
Il-Prim Ministru mistenni lura Malta għada l-Ġimgħa, 15 ta' Marzu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN