Konferenza Stampa dwar l-attivitajiet f'Jum iz-Zghazagh 2002
Illum tnieda l-programm ta' attivitajiet ghal Jum iz-Zghazagh, ghal din is-sena mhejji mid-Dipartiment taz-Zghazagh u Sport flimkien mal-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh. Dan thabbar mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-Onor. Jesmond Mugliett.
L-Onor. Mugliett tenna li ghal din is-sena, dan il-programm jinkludi tahlita wiesgha ta' attivitajiet li ghandhom jolqtu l-interessi u t-talenti taz-zghazagh kollha. Ser ikun hemm muzika klassika u muzika rock, drama u varjetajiet minn studenti minn ghadd ta' skejjel post-sekondarji, attivitajiet fejn ghaqdiet taz-zghazagh u ghaqdiet sportivi juru l-hidma taghhom, kif ukoll attivitajiet sportivi u diskussjonijiet.
Il-Perit Mugliett kompla jghid li dawn l-attivitajiet ser jinfirxu fuq medda ta' tliet gimghat. Huwa semma li nhar is-Sibt li gej, diversi ghaqdiet, assocjazzjonijiet sportivi kif ukoll agenziji li jahdmu maz-zghazagh, ser jiltaqghu flimkien ghal darb'ohra, bhal snin ohra f’Misrah il-Helsien, fejn ser jorganizzaw attivitajiet marbuta ma' l-ghaqda taghhom. Din l-attivita' sejra tghin sabiex aktar zghazagh jithajjru jinpenjaw ruhhom f'xi ghaqda partikulari. Il-Perit Mugliett kompla jghid li l-akbar attivita' ufficjali sejra tkun Seminar dwar iz-Zghazagh u l-Innovazzjoni. Matul dan is-Seminar ser tkun imnedija l-Youth Community Portal ghall-ghaqdiet taz-zghazagh. Dan il-Portal ser jaghti l-facilita' lill-ghaqdiet taz-zghazagh sabiex itellghu il-websites taghhom, jaghmlu web streaming tal-attivitajiet li joffru, kif ukoll joffru facilitajiet ta' chat forums fuq issues taz-zghazagh.
Bhala parti minn dawn l-attivitajiet, ser jigu organizzati wkoll numru ta' attivitajiet ohra mghejjuna mis-Segretarjat Parlamentari fil-granet ta' Jum iz-Zghazagh, fosthom Contact Making Seminar, li se jsir f'Ghawdex, organizzat mill-Kumitat tal-programm ZGHAZAGH tal-Unjoni Ewropea. Is-Segretarjat Parlamentari qed jghin ukoll Sports Day organizzata mill-istudenti universitarji, Festival Sportiv fil-Kumpless Nazzjonali tal-Qroqq, organizzat mill-Kumitat ta' Sport For All, kif ukoll Konferenza Internazzjonali ghall-Presidenti tal-AIESEC mid-dinja kollha. Ser titnieda wkoll ghall-ewwel darba, l-Youth For Internet Awards, organizzat mill-Alert Communications Ltd.
L-akbar attivita' sejra tkun kommemorazzjoni ta' l-10 anniversarju mit-twaqqif tal-Kunsill Nazzjonali taz-Zghazagh. Il-Pertit Mugliett irringrazzja lil dan il-Kunsill li ghal sena ohra qieghed ikun sieheb tad-Dipartiment f'dawn l-attivitajiet.
Matul din il-konferenza stampa, il-Perit Mugliett qassam ghajnuna finanzjarja lill-numru ta' ghaqdiet li qed iwettqu hidma siewja maz-zghazagh u qassam ukoll taghmir sportiv lill-ghadd ta' Centri taz-Zghazagh, sponsorjat mit-Tip-Top tal Fgura.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN