Left arrow Mur Lura

TLIET PROĠETTI EWLENIN TA' RESTAWR FIL-PALAZZ PRESIDENZJALI

PR321
Date Icon 13/03/2002

Waqt li kien qed izur xoghol ta' restawr li qed isir fis-Sala tal-Gran Kunsill tal-Palazz tal-President fil-Belt Valletta, il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura Francis Zammit Dimech qal li f'dan il-Palazz, bhalissa kienu qed isiru tliet proġetti ewlenin ta' restawr mill-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta, fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura.

Francis Zammit Dimech qal li dawn it-tliet proġetti kienu

· Ir-restawr ta' l-affresk ta' Peres D'Aleccio fis-Sala tal-Gran Kunsill;
· Ir-restawr fil-kamra tal-Paladini; u
· Ir-restawr tas-saqaf ta' l-injam fl-istess kamra tal-Paladini.

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qal li l-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta kien ikkummissjona rapport dettaljat dwar il-Palazz mill-Professur Dr Giovanni de Franciscis.

Il-Ministru qal li l-proġett ta' restawr ta' l-affresk ta' Matteo Peres D'Aleccio, waħda mill-aktar pitturi importanti ta' pajjiżna, qed isir mill-Professur Heinrich Leitner u team tiegħu mill-Universita' ta' Vienna wara kuntatti li saru mill-Koordinatur tal-VRP Ray Bondin. Il-Professur Leitner hu espert prinċipali f'dan it-tip ta' proġetti. Hu qal li t-tieni fażi tal-proġett se tiswa Lm30,000. Il-proġett kollu, li għandu jieħu madwar ħames snin biex jitlesta, mistenni jiswa aktar minn Lm80,000.

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura fakkar li din il-pittura kienet sofriet ħsara kbira minħabba infiltrazzjoni ta' ilma u restawr li sar fl-imgħoddi. Hu qal li sal-1987 ma kien sar ebda xogħol ta' manuntenzjoni fuq is-soqfa ta' din is-sala bil-konsegwenza li kien hemm infiltrazzjoni qawwija ta' ilma u kienet qed issir ħsara kemm lill-pittura kif ukoll lid-damask. Il-Gvern ha ħsieb biex isir ir-restawr meħtieġ fis-soqfa. Id-damask kellu jinbidel għaliex kien rovinat.

Il-VRP kien studja l-aħjar mod kif jirrestawra din il-pittura peress li r-restawr tagħha mhux wieħed sempliċi għaliex mhux biss hi waħda mill-aktar pitturi importanti ta' pajjiżna, iżda wkoll minħabba li tul is-snin saru interventi ta' restawr li wasslu biex il-pittura sofriet aktar ħsara. Kien għalhekk li l-VRP qabel iddeċieda dwar l-intervent li kellu jsir kkummissjona rapport preliminari dwar ir-restawr ta' din l-opra.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-ħidma fuq dan il-proġett ta' restawr kienet qed titwettaq minn team ta' sitta minn nies. Il-ħidma kienet qed timmira biex kemm jista' jkun terġa' toħroġ il-pittura oriġinali tas-Seklu 16. Dan kien ifisser it-tneħħija tar-restawr li sar riċentament u studju tal-kuluri oriġinali.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li l-Proġett għar-Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta mit-twaqqif tiegħu fl-1988 wettaq diversi proġetti ta' restawr fil-Konkatidral ta' San Ġwann, bereġ, knejjes u bini ieħor fil-kapitali ta' pajjiżna. Qal li permezz ta' dawn il-proġetti kien qed jiġi restawrat u konservat parti mill-wirt storiku vast ta' pajjiżna biex mhux biss ingawduh aħna iżda nħalluh aħjar milli sibnieħ għal ġenerazzjonijiet futuri.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow