TITNIEDA L-E-PAYMENT GATEWAY GHAS-SERVIZZI TAL-E-GOVERNMENT
"Il-holqien ta' Payment Gateway ghas-servizzi tal-Gvern elettroniku huwa komponent ewlieni fl-implimentazzjoni tal-e-Government. Permezz ta' dan is-servizz il-Gvern ser ikun jistgha jircievi hlas ghal-servizzi direttament minn fuq l-Internet permezz tal-Credit jew Debit Card." Dan habbru l-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali Austin Gatt meta kien qed jindirizza konferenza ta' ahbarijiet li fiha gie mniedi dan il-progett.
Dan il-progett setgha jigi mniedi wara li ntlahaq ftehim bejn il-MITTS, il-Ministeru tal-Gustizzja u Gvern Lokali u l-kumpanija Terranet Ltd, li hija sussidjarja tal-Maltacom.
Dr. Gatt sahaq li fix-xhur li gejjin il-Gvern ser jistabilixxi iz-zewg pilastri l-ohra li huma essenzjali li ghandhom isahhu l-progett ta' Gvern Elettroniku. Dawn huma il-Portal tal-Gvern u l-mekkanizmu li jippermetti r-registrazzjoni u l-identifikazzjoni elettronika tac-cittadini fuq l-Internet.
Il-Ministru Gatt kompla li l-Payment Gateway, hija component li ghandha tilhaq direttament numru sostanzjali mill-ghanijiet tal-progett tal-e-government, fosthom is-sigurta u kunfidenzjalita massima; kumdita li tinqeda minn fejn trid minghajr ma tmur fizikament f'Dipartiment; accesibilita 24 siegha kuljum, sebat ijiem fil-gimgha, u minghajr dubju amministrazzjoni pubblika aktar efficjenti.
Fost l-ewwel servizzi li ser ihaddmu din is-sistema hemm, is-sistema li permezz taghha ser jkunu jistghu jsiru l-applikazzjonijiet ghal-ezamijiet b'mod elettroniku. kif ukoll is-sistema li permezz taghha ser ikun hemm it-tigdid tal-licenzji tad-Dipartiment tal-Kummerc.
Il-Ministru Gatt enfasizza, li l-izvillupp li qed jitwettaq f'dan il-qasam huwa dovut ghal fatt li l-Gvern gharaf jinvesti biex illum ghandna l-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni f'postha. Apparti minn hekk is-sena li ghaddiet hloqna l-qafas legali necessarju kif ukoll bnejna l-hiliet bazici essenzjali fi hdan l-agenziji tal-Gvern. Iktar minn hekk il-Gvern ghaddej bi process kontinwu ta' konsultazzjoni u dak li qed jaghmel jorbot madwar il-htigijiet tac-cittadin.
Prezenti ghal din il-konferenza kien hemm ukoll il-Ministru tal-Finanzi John Dalli, li ghamel referenza ghal fatt li l-pass tal-lum huwa sinjal car li l-Gvern qed jaghraf jaggorna mal-izvilluppi li qed isiru madwarna.
Kelliem iehor kien ic-Chairman tal-Kumpanija Maltacom Maurice Zarb Adami, li il-pajjiz ghaddej minn zvillupp mill-iktar interessanti li permezz tieghu l-Gvern qed jahdem biex f'pajjizna jkollna socjeta tal-informatika tal-oghla livell, u jkattar l-uzu tal-e-commerce f'pajjizna. Is-Sur Zarb Adami enfasizza wkoll fuq l-aspett ta' sigurta li toffri din il-payment gateway, sigurta li gejja mis-shubija li l-kumpanija Terranet ghandha mal-Bank of Valletta.
Kelliem iehor waqt din il-konferenza kien ic-Chairman tal-Bank of Valletta is-sur Joe Zahra li fakkar kif il-Bank of Valletta huwa l-uniku Bank Malti li jopera fil-qasam tal-e-Commerce. F'dan ir-rigward il-Bank ghandu numru ta' siehba strategici.
Filfatt, kompla is-Sur Zahra fil-prezent it-turnover ta' e-payments huwa ta' madwar nofs miljun lira fis-sena.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN