SIMPLIFIKAZZJONI TAL-PROCEDURI FIS-SISTEMA L-GDIDA TAL-HRUG TAL-LICENZI TAN-NEGOZJU.
B'impenn lejn is-simplifikazzjoni ta' proðeduri burokratiði, il-Gvern góaddej bl-aóóar tóejjijiet li góandhom iwasslu biex sa l-aóóar ta' April tkun qed tiffunzjona l-proðedura ídida tal-óruí tal-liðenzi tan-negozju.
Dan l-aóóar tliet snin, il-Pulizija óaríu madwar 500 liðenza ta' negozju kull sena. Maú-úmien, dak li kien proðess sempliði beda jitgóabba bi proðeduri li óolqu kumplikazzjonijiet fil-proðess kif nafuh illum.
Snin ilu, il-Gvern kien beda jóejji proðess ídid tal-óruí tal-liðenzi, dejjem bil-góan li jissimplifika dan il-proðess.
"Illum qieghed f'sitwazzjoni fejn nista' nóabbar li dan il-proíett ta' tóejjija wasal fl-aóóar faúi tiegóu u sa l-aóóar ta' April, is-sistema ídida ta' proðess tal-óruí tal-liðenzi tan-negozji se tibda tiíi mplimentata, B'hekk ikollna proðess aktar effiðjenti bbaúat fuq is-sistema tal-one stop shop, fejn min se jibda negozju, ipartat il-íeneru tan-negozju tiegóu jew japplika biex f'kaú ta' wirt iddur il-liðenza fuq il-werriet, dan il-proðess ikun jista' jsir b'iktar óeffa u effiðjenza." qal is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.
Il-proðedura preúenti fejn l-applikazzjoni góal-liðenza tan-negozju tittieóed mill-applikant góand il-Pulizija, biex imbagóad timxi skond kriterji ta' liíijiet jew avviúi legali, li kienu magómula tul il-medda ta' snin minn dipartiment góal ieóor, fi ftit íimgóat oóra íejja fi tmiemha.
Minflok, se jkollna sistema ta' one stop shop, f'20 Awtorita' differenti li huma kompetenti li jirregolaw setturi differenti ta' attivita' kummerðjali. Bil-procedura l-gdida, illum l-applikazzjoni tittieóed direttament góand l-Awtorita' li tirregola dak is-settur.
Góalhekk il-liðenza tinóareí mill-istess Awtorita' (kif jidher f'dan il-fuljett) fejn issir l-applikazzjoni mingóajr il-búonn li applikazzjoni toqgóod tiíri minn dipartiment góal ieóor, bit-telf ta' óin u l-konsegwenzi kollha li dan iíib miegóu.
Fid-Diviújoni tal-Kummerð fi ódan dan il-Ministeru, se jkollna t-Trade Licensing Unit f'Lascaris li se jkun responsabbli mill-óruí tal-liðenzi fuq 7 kategoriji differenti ta' negozju. Kull kategorija hija maqsuma f'tipi relatati ta' negozji u dawn ilaóóqu mal-111-il tip differenti ta' attivita' kummerðjali.
Dawn il-kategoriji u tipi ta' negozju huma mqassma skond in-Nace Code uúat mill-Unjoni Ewropea u hawn góandna l-ewwel differenza mis-sistema preúenti. Filwaqt li llum, l-applikant innifsu jrid jispeðifika t-tip ta' attivita' kummerðjali, 'il quddiem kull applikazzjoni se jsir skond din il-lista ta' kategoriji, li kull waóda tinkludi lista sóióa ta' tipi ta' negozji.
Il-prinðipji íenerali góal kull applikazzjoni ta' liðenza ta' negozju fit-Trade Licensing Unit se jkunu li:
1) Applikazzjoni góal-liðenzja tan-negozju góandha issir meta l-attivita' kummerðjali titwettaq minn post (premises-based). Dan ifisser li f'kull ðirkustanúa ta' applikazzjoni, l-ewwel irid jinóareí il-permess ta' úvilupp mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar, li japprova s-sit góal dik il-kategorija ta' attivita' kummerðjali.
2) Applikazzjoni góal bdil fl-attivita' kummerðjali jew ið-change of use, ser tkun mitluba biss kemm-il darba jeótieí li jsir dan, skond l-Awtorita ta' l-Ippjanar. Sal-lum, ið-change of use ifisser kwaúi proðess sóió mill-bidu ta' applikazzjoni góal-liðenzja ta' negozju. Ið-change of use bis-sistema l-ídida ser ikun limitat góal dawk il-kaúijiet biss fejn jinótieí change of use mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar. Fejn ma jkunx hekk il-kaú, jiíifieri fejn l-applikant ikun jixtieq jagómel change of use minn tip ta' negozju góall-ieóor fl-istess kategorija, l-applikant góandu l-obbligu biss li javúa bil-bidla lit-Trade Licensing Unit, mingóajr ma jitlob góal xi applikazzjoni.
Huwa mistenni li l-akbar ammont ta' applikazzjonijiet góal-liðenzji ta' negozju jidólu fit-Trade Licensing Unit u fil-Malta Tourism Authority li bóal kull Awtorita' oóra li ser toóroí il-liðenzji tan-negozju, góandhom góanijiet u prijoritajiet komuni li huma s-simplifikazzjoni ta' proðeduri.
Góalhekk óadd mhu ser ikollu l-iskuúa góaliex ma japplikax góal-liðenzja ta' negozju minóabba l-kumplikazzjoni ta' proðeduri. Kull awtorita' ser tgóin lill-applikant japplika u jaódem f'dik l-attivita' kummerðjali u dan biex bl-aójar mod, bi proðess sempliði u effettiv, naslu biex kull attivita' kummerðjali mwettqa minn post (premises based) tkun skond il-liíi u tinóaríilha liðenzja tan-negozju, kemm il-darba din ma tkunx irregolata diía' b'warrant jew bi professjoni.
"L-góan tal-óidma tiegói f'dan il-proíett kien li naraw li s-settur kummerðjali jkollu burokrazija li kapaði tisimgóu, tifhmu u taqdih," kompla jghid is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.
Fið-ðirkustanúi fejn baqa' biss ftit íimgóat oóra biex jibda dan il-proðess, nappella biex dawk li bi ósiebhom japplikaw, jistennew sakemm jibda l-proðess il-ídid. F'dan il-perjodu, il-Pulizija ser tibqa' tipproðessa l-applikaúújonijiet li diía daólu. Dawk l-applikaúújonijiet li ma jilóqux joóoríu sa meta tidóol fis-seóó is-sistema l-ídida, iridu jerígóu jiíu pproðessati mill-ídid Góalhekk filwaqt li l-pulizija mhix ser tieqaf taððetta applikazzjonijiet íodda, u kull applikazzjoani li tidóol góand il-pulizija ser tibqa' tkun ipproðessata, dawk li mhumiex mgóaííla góal-liðenzja tan-negozju ghandhom jistennew sakemm tibda is-sistema l-ídida.
"Perswaú li dan l-impenn góandu jservi ta' góajnuna lil min irid jibda negozju, lil min irid ibiddel il-íeneru tan-negozju tiegóu jew ibiddel is-sid tan-negozju, biex ikun jista' jagómel dan fl-inqas úmien u bl-inqas xkiel possibli."
Din hija góajnuna effettiva u prattika li kull imprenditur jistenna mingóand il-Gvern, góajnuna li ser tibda tigi offruta fi ftit jiem oóra.
"Inhossni sodisfatt li qiegóed inóabbar il-bidu ta' proðess ídid li ser jiíbor lil diversi awtoritajiet f'sineríija waóda favur min qiegóed fin-negozju u jrid jaódem bis-serjeta' góas-sostenibbilita' tan-negozju tiegóu. L-impenn ta' dawk kollha nvoluti ser ikun servizz effiðjenti li min qiegóed fin-negozju." temm jghid l-Onor. Edwin Vassallo.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN