Projbita l-importazzjoni miċ-Ċina ta’ prodotti li joriġinaw minn animali
PR314
11/03/2002
Id-Direttur tas-Servizzi Veterinarji jgħarraf li qed tkun projbita l-importazzjoni miċ-Ċina ta’ prodotti ta’ oriġini minn annimali, intenzjonati kemm għall-konsum uman kif ukoll għal użu fl-ikel ta’ l-annimali.
Din il-projbizzjoni tinkludi wkoll ħut jew prodotti tal-ħut.
Dawk l-importaturi li għandhom xi prodotti li diġà telqu miċ-Ċina għandhom jinformaw b’dan immedjatament lid-Direttur tas-Servizzi Veterinarji.
Prodotti li diġà telqu miċ-Ċina jridu jiġu ttestjati għal residwi ta’ mediċini veterinarji, pestiċidi, kontaminanti u sustanzi projbiti, a spejjeż ta’ l-importatur jew esportatur.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN