TIĠDID TAL-KARTI TA' L-IDENTITA`
Il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali jinfurmaw lill-pubbliku li ser isir it-tiġdid tal-Karti ta' l-Identita' f'dawn il-lokalitajiet:
Mqabba: bejn it-Tlieta 12 u s-Sibt 16 ta' Marzu, 2002
Skola Primarja tal-Gvern
Triq Valletta
Xagħra: bejn it-Tlieta 12 u l-Erbgħa 20 ta' Marzu, 2002
Għawdex
Sala Ċirklu taż-Żgħażagħ
Triq it-28 ta' April 1688
Santa Venera: bejn it-Tlieta 12 u t-Tlieta 26 ta' Marzu, 2002
Skola Primarja 'A' Dun Xand Cortis
(Kinder Block) Trejqet Fleur de Lys
Il-ħinijiet li fihom isir it-tiġdid ser ikunu bejn it-3.00 p.m. u s-7.00 p.m. Is-Sibtijiet mit-8.00 a.m. sa nofsinhar. Il-Ħdud 17 u 24 u fid-19 u t-22 ta' Marzu ma jsirx tiġdid tal-Karta ta' l-Identita`.
Fiċ-Ċentru msemmi jistgħu jattendu biss ir-residenti ta' dik il-lokalita` partikolari. It-tiġdid qed isir għal dawk kollha li diġa' għandhom Karta ta' l-Identita'. Dawk li ser japplikaw għall-ewwel darba ma jkunux jistgħu jagħmlu dan fiċ-Ċentru tal-lokalita` tagħhom iżda jkunu jridu japplikaw fl-Uffiċċju tal-Karta ta' l-Identita` l-Belt, Valletta jew ir-Rabat, Għawdex.
Għandha tiġi ppreżentata l-Karta ta' l-Identita` preżenti kif ukoll il-formola tat-tiġdid bl-informazzjoni mitluba, li qiegħda tiġi mibgħuta lil kull min għandu jġedded l-Karta ta' l-Identita`.
Aktar dettalji dwar it-tiġdid u l-mili tal-formola jinsab fil-fuljetti li qegħdin jintbagħtu bil-posta mal-formola tat-tiġdid.
Il-Karta ta' l-Identita' l-ġdida tkun tista' tiġi rtirata aktar 'il quddiem u ser jinħareġ avviż dwar dan.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN