Left arrow Mur Lura

JIKBER L-INTERESS FL-ISTORJA TA' PAJJIŻNA

PR308
Date Icon 08/03/2002

Waqt prezentazzjoni li saret ta' vetturi militari lil Military Vehicles Collectors Club, il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, Dr. Francis Zammit Dimech qal li kien ta' pjaċir għalih jippreżenta 28 vettura militari lill-Military Vehicles Collectors Club. Huwa kompla li dawn il-vetturi Ingliżi ta' l-ex Civil Defence u vetturi ta' l-armata Amerikana nxtraw minn dak li qabel kien id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi fis-snin Sebgħin u fil-bidu tas-snin Tmenin. Dawn il-vetturi taw servizz lid-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi fil-ħidma tiegħu biex jitwettqu xogħlijiet ma' Malta kollha.

Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-koperazzjoni bejn id-Dipartiment tal-Manifattura u Servizzi u l-Malta Aviation Museum Foundation bdiet snin ilu meta l-Fondazzjoni talbet is-servizzi ta' żewġ ħaddiema tad-Dipartiment, biex jgħinu fir-riabiliazzjoni ta' l-esebiti tal-Mużew, talba li ntlaqgħet. Hu qal li wieħed minn dawn il-ħaddiema kien għaddas b'esperjenza kbira, tant li f'diversi okkazjonijiet kien involut f'operazzjonijiet biex jittellgħu ajruplani tal-gwerra minn qiegħ il-baħar.

Francis Zammit Dimech qal li l-ġimgħa l-oħra tħabbar programm ta' attivitajiet biex jitfakkar it-twaqqif tat-Taqsima tax-Xogħlijiet, li llum tagħmel parti mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura. Qal li kien kollu minnu li din it-taqsima kif nafuha llum, twaqqfet 10 snin ilu; iżda x-xogħol li tagħmel ilu jitwettaq għal għexieren ta' snin. Xhieda ta' dan kienu dawn il-vetturi qodma li llum, wara s-servizz twil li taw, se jiffurmaw parti minn kollezzjoni ta' vetturi militari li l-Military Vehicles Collectors Club ilhom b'tant paċenzja, sagrifiċċji u mpenn, jiġbru.

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qal li l-wirt storiku ta' pajjiżna jingħata attenzjoni speċjali minn dan il-Ministeru permezz ta' diversi units, li jiffurmawh. Hu qal li l-Unit għar-Restawr kien qed iwettaq diversi proġetti ma' Malta kollha li kien jinkludu restawr ta' bereġ, palazzi u monumenti storiċi. Dan il-unit din is-sena qed jingħata Lm500,000 għal proġetti ta' restawr. Fakkar li bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet li se jfakkru l-10 anniversarju tat-Taqsima tax-Xogħlijiet, din it-Taqsima se tkompli turi l-impenn tagħha favur il-konservazzjoni tal-wirt nazzjonali billi se tirrestawra l-Bieb tal-Bombi li hu monument nazzjonali.

Taqsima oħra fl-istess Ministeru li kienet ilha twettaq diversi proġetti ta' restawr u riabilitazzjoni sa mill-1988, hi l-Proġetti għar-Riabiliazzjoni tal-Belt Valletta u l-Floriana, il-Kottonera u l-Imdina. Qal li dawn it-tliet proġetti flimkien qed jingħataw Lm550,000 għal proġetti ta' restawr u riabiltazzjoni fis-sitt ibliet fortifikati ta' Malta.

Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li l-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura iqis l-ħarsien tal-wirt storiku ta' pajjiżna bħala priorita' għaliex hi l-istorja li tagħmilna nazzjon u l-istorja tisfuma fix-xejn jekk ma nħarsux dak li għaddewlna ta' qabilna biex ngħadduh aħjar lil min għad irid jiġi warajna.

Francis Zammit Dimech qal li jinnota b'sodisfazzjon li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar għaqdiet volontarji u individwi qed jinteressaw irwieħhom fl-istorja militari ta' pajjiżna. Il-qagħda strateġika ta' Malta wasslet biex pajjiżna serva ta' fortizza u bażi militari għall-interessi ta' ħafna nazzjonijiet ewlenin, li lkoll ħallew it-timbru tagħhom f'artna. Wara l-era tal-Kavallieri ta' San Ġwann, li ħallewlna l-ibliet fortifikati tal-Belt Valletta, l-Floriana, l-Birgu, Bormla u l-Isla, pajjiżna għadda għal era Ingliża li matulha nbnew fortifikazzjonijiet, fortizzi, batteriji u l-Victoria Lines; li tant qed tiġbed interess.

Il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qal li dan l-interess kien qed jissarraf f'għarfien akbar tal-wirt storiku li għalkemm ma jmurx daqshekk 'il bogħod xorta jifforma parti minn nisga ta' l-istorja ta' pajjiżna. Anke l-Military Vehicles Collectors Club kienu qed jagħtu kontribut siewi biex tinżamm ħajja l-istorja ta' pajjiżna. Hu qal li ta' dan ried jirrangrazzjahom filwaqt li awguralhom aktar ħidma biex tkun magħrufa anke l-istorja riċenti ta' Malta.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow