JUM INTERNAZZJONALI TAL-MARA GĦAS-SENA 2002JUM INTERNAZZJONALI TAL-MARA GĦAS-SENA 2002
Il-Mara fid-Dinja tax-Xoghol
F'dan il-Jum Internazzjonali tal-Mara, il-Kummissjoni għall-Avvanz tal-Mara tixtieq tiffoka fuq id-diffikultajiet li tiltaqa' magħhom il-mara meta tidħol fid-dinja tax-xogħol. Din is-sena għandna żewġ White Papers dwar ix-xogħol u l-ugwaljanza li huma ta' importanza kbira għall-ħaddiema kollha, speċjalment għall-ħaddiema nisa. Dawn il-liġijiet jikkonfrontaw problemi ġieli għall-ewwel darba, bħal per eżempju d-diskriminazzjoni fuq bażi ta' sess u l-fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol u jagħtu rimedju għalihom. Il-KAM temmen li dawn il-liġijiet flimkien ma' miżuri oħra bħal dawk favur il-familja, li l-Gvern introduca fis-Servizz Pubbliku u li bil-mod qegħdin jiġu introdotti fl-industrija, għandhom jgħinu biex aktar nisa jkunu jistgħu jilqgħu l-isfida li tippreżentalhom id-dinja tax-xogħol
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN