IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GEORGE PULLICINO ATTENDA LAQGHA GHALL-MINISTRI TA’ L-AMBJENT TA’ L-UNJONI EWROPEA
F’laqgha li saret fi Brussell fi tmiem il-gimgha li ghaddiet il-Ministri ta’ l-Ambjent tal-pajjizi msiehba fl-Unjoni Ewropea qablu li l-pajjizi ta’ l-Unjoni ghandhom jimplimentaw il-Protokoll ta’ Kyoto bil-ghan li jitnaqqas it-tfigh fl-arja ta’ gassijiet li jaghmlu hsara lill-klima tad-dinja.
Ghal din il-laqgha attendew u ippartecipaw ghall-ewwel darba il-Ministri ta’ l-Ambjent tal-pajjizi aplikanti biex jissiehbu fl-Unjoni Ewropea. Malta kienet rapprezentata mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Intern u l-Ambjent, il-Perit George Pullicino. Waqt il-laqgha is-Segretarju Parlamentari spjega li kien il-Gvern Malti li originarjament ippropona din l-inizjattiva fl-1987 u li pajjizna diga rratifika dan it-trattat f’Novembru tal-2001.
Fil-laqgha gie deciz li t-trattat ghandu jkun ratifikat mill-Kunsill tal-Kapijiet tal-Gvern ta’ l-Ewropa. Huwa mistenni li dan isehh sahansitra qabel is-summit ta’ l-Unjoni Ewropea li ser isir f’Barcellona, Spanja iktar tard dan ix-xahar.
Il-Protokoll kien diskuss ghall-ewwel waqt f’laqgha fi saret fi Kyoto, l-Gappun fl-1997 u jobbliga lill-pajjizi ta’ l-Unjoni Ewropea biex inaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet velenuzi, fosthom il-carbon dioxide, li qed jikkawzaw bdil fit-temperatura tad-dinja.
Wara li l-Istati Uniti ma ffirmawx il-Protokoll ghax qalu li jista’ jaghmel hsara lill-ekonomija tal-pajjiz, kienet l-Unjoni Ewropea li hadet l-inizjattiva biex jigi zgurat li pajjizi bhal Gappun, il-Kanada u r-Russja jirratifikaw, kif weghdu, it-trattat kemm jista’ jkun malajr.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN