IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TA’ L-INTERN U L-AMBJENT, IL-PERIT GEORGE PULLICINO JAGĦMEL ZJARA F’PACEVILLE FEJN GEW STALLATI NUMRU TA’ KAMERAS TA’ SIGURTÀ
Il-Gvern huma impenjat biex issahhah is-sigurtà fiz-zona tad-divertiment ta’ Paceville kemm ghall-persuni li jzuru z-zona kif ukoll ghar-residenti li jghixu fl-inhawi.
Dan qalu s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Intern u l-Ambjent, il-Perit George Pullicino waqt zjara fil-lokalità ta’ Paceville fejn dan l-ahhar gew stallati hames kameras tas-sigurtà.
Kif kien imwieghed xi xhur ilu, il-Pulizija stallat kameras tas-sigurtà f’Paceville. Il-Kameras, li huma sofistikati hafna, tpoggew f’hames postijiet differenti u jilhqu parti mdaqqsa tal-lokalità ta’ Paceville.
Dawn il-kameras tqeghdu mhux biss biex ikunu ta’ deterrent kontra l-kriminalità izda biex jghinu l-glieda kontra l-vandalizmu li hafna drabi jsofru r-residenti ta’ Paceville minhabba l-influss kbir ta’ nies li jiffrekwentaw Paceville l-iktar matul tmiem il-gimgha u li joholqu inkonvenjent lir-residenti.
Il-kameras huma mqabbda mal-Kamra tal-Kontroll tal-Kwartieri Generali tal-Pulizija u huma monitored il-gurnata kollha.
Is-Segretarju Parlamentari sahaq li t-twahhil ta’ dawn il-kameras ser jaghti sens ta’ iktar sigurtà lir-residenti ta’ Paceville, li ilhom is-snin ibatu l-inkonvenjent li jgib mieghu l-influss kbir ta’ nies, waqt li fl-istess hin ser jghin lill-pulizija biex jiggieldu kontra l-kriminalità, abbuzi ta’ droga, serq u vandalizmu.
Is-Segretarju Parlamentari George Pullicino qal li dan huwa impenn iehor tal-Gvern Centrali biex jaghmel il-hajja tar-residenti ahjar. Huwa semma ukoll l-inizjattiva li ha l-Gvern Centrali flimkien mal-Kunsill Lokali ta’ San Giljan sabiex isir car-park temporanju f’Pender Place li ghandu jtaffi l-problema tal-parkegg fl-inhawi. Is-sitwazzjoni ghandha tkompli titjieb hekk kif il-Kumitat Inter-Ministerjali lesti l-proposti tieghu sabiex ir-residenti jinghataw prijorità ta’ parkegg fl-inhawi.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN