SERVIZZ ĠDID OFFRUT MILL-BREAST CARE UNIT
F'Jum il-Mara l-Breast Care Unit ser tkun qegħda tintroduċi servizz ġdid li għandu jtaffi t-trawma ta' pazjenti nisa operati għall-kanċer tas-sider. Dan is-servizz jikkonsisti f' temporary breast prosthesis. Bosta pazjenti għandhom jilqgħu bil-ħerqa dan is-servizz għaliex spiss kienet tintwera x-xewqa ta' aktar support wara l-operazzjoni. Minn issa 'l quddiem kull pazjenta li toħroġ mill-isptar wara intervent kirurġiku se jkollha temporary breast prosthesis ta' kwalità. Dan sakemm il-kundizzjoni medika tal-pazjenta tkun tippermetti li tibda tagħmel użu minn prosthesis permanenti li l-gvern ukoll jissuplixxi mingħajr ħlas. Dan ikun ta' għajnuna kbira għall-pazjent mil-lat psikoloġiku.
F' dawn l-aħħar sentejn ingħatat spinta fis-servizzi offruti b'konnesjoni mal-kanċer tas-sider. F'Ġunju 2000 il-Gvern kien waqqaf il-Committee for the Implementation of Breast Screening biex jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet li The National Advisory Committee of Breast Screening irrakomanda f'Marzu 2000.
B'konsegwenza ta' dan fl-Isptar San Luqa ġiet imwaqqfa l-Breast Care Unit li permezz ta' tim multidixxiplinarju qegħda tiprovdi servizz ħollistiku ta' kwalità għolja u aktar professjonali. Dan is-servizz hawn bżonnu aktar u aktar meta l-istatistika turi li l-kanċer tas-sider huwa l-aktar kanċer komuni fost in-nisa Maltin. Kull sena f' Malta jkollna 195 kaz ġdid ta' din il-marda.
Il-Breast Care Unit topera mis-Surgical Outpatients Department u s-servizz multidixxiplinarju li toffri hu ko-ordinat minn żewġ infermiera b'esperjenza f'dan il-kamp. Dawn l-istess infermiera attendew konferenzi barra w intbagħtu f'St Mary's Hospital, Londra biex jiksbu esperjenza prattika. Barra minn hekk bħalissa hemm radjografu li qiegħed jieħu t-taħriġ fl-Ingilterra u dalwaqt se tintbagħat persuna oħra għat-taħriġ. Erba' tobba qegħdin ukoll jitħarrġu fl-Onkoloġija. F'dan it-tip ta' mard it-tempestività fid-dijanjosi hija determinanti għall-kura. Pazjenti mill-komunità jistgħu mit-tabib tagħhom direttament jiġu riferuti lill-Customer Care fl-Isptar San Luqa minn fejn jiġu riferuti bla dewmien lill-Breast Care Unit.
Ippjanar aħjar tas-servizzi offruti kif ukoll ta' l-użu ta' l-apparat tal-mammografija wassluna fi stadju fejn minn stennija ta' diversi xhur għall-mammografija, illum l-istennija hija biss ta' tlieta jew erbat' ijiem.
Fil-ħidma tal-Gvern biex negħlbu din il-marda, wieħed irid isemmi wkoll il-kampanja permezz ta' letteratura dwar il-kura tas-sider imnedija mid-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa. Fis-socjetà Maltija hawn numru ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi li wkoll jagħtu kontibut biex tinħoloq aktar awareness dwar din il-marda.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN