PROGETT IEHOR GEWWA R-RESIDENZA SAN VINCENZ DE PAUL
Waqt konferenza stampa gewwa r-Residenza San Vincenz de Paul, is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali, Dr Antoine Mifsud Bonnici, ta aktar taghrif dwar il-blokk ta’ Swali Nisa u Rgiel 1,2,3,4, li ser jitwaqqghu biex jinbnew mill-gdid swali mill-isbah tal-ghola livell bhal ma huma s-Serenity Wards.
F'inqas minn sena minn meta l-Prim Ministru Dr Eddie Fenech Adami, inawgura s-Serenity Wards, digà beda x-xoghol fuq blokk iehor, li ser ikun fuq l-istess livell u attrezzat bl-istess mod tas-Serenity Block biex b'hekk inkunu nistghu noffru l-ahjar u l-aqwa kumdità u ambjent mill-isbah lill-anzjani f'din ir-Residenza.
Biex intejbu dejjem aktar il-kwalità tal-hajja tar-Residenti ta' San Vincenz jehtieg li mhux biss il-progress fis-servizzi parmedici u ta' kura li qeghdin nipprovdu jibqa’ dejjem jizdied, imma jehtieg li nipprovdulhom ukoll l-ahjar ambjent fejn jghixu.
Ir-Residenza San Vincenz de Paul issa ghandha aktar minn 100 sena, u allura l-istruttura ma ghadiex ta' livell tajjeb bizzejjed sabiex toffri l-ahjar ambjent u servizz lil aktar minn 1000 anzjan li jghixu hawnhekk. Ghalhekk ix-xoghol ta' rikostruzzjoni u modernizzar ma jistax jieqaf.
Il-progett li ghandna illum jigifieri il-progett ta' rikostruzzjoni tal-Wards tan-Nisa u Rgiel 1,2,3,4, huwa wiehed ambizzjuz ghall-ahhar u jikkonsisti fit-twaqqigh totali u rikostruzzjoni mill-gdid fuq tliet sulari. Dan il-progett ser jitwettaq fuq zewg fazi: A u B. Ix-xoghol fuq l-ewwel fazi - A sezzjoni tal-Irgiel - digà beda u ghandu jitlesta fl-ewwel xhur tas-sena d-diehla. F'din l-ewwel fazi se issir ukoll ir-riabilitazzjoni tal-kappella. Il-progett kollu ser ikun accessibbli ghal persuni kollha bi bzonnijiet specjali u jinkludi l-aqwa facilitajiet u apparat mediku modern.
Fil-prezent, fiz-zewg blokki tan-nisa u ta’ l-irgiel hemm 170 sodda. Bil-progett il-gdid peress li l-blokki ser ikunu fuq tlett sulari, ser ikun hemm 216 sodda, zieda ta' 46 sodda. Ser jizdied ukoll l-ispazju fejn jghixu l-anzjani minn 6.5 metru qwadru ghal 10 metru kwadru ghal kull persuna. Ser ikun hemm tlett "Dining areas" - wahda f'kull sular.
L-istaff ukoll ser ikollu l-facilitajiet mehtiega biex jaqdi d-dmirijiet tieghu ahjar. Fis-swali l-godda l-istaff ser ikollu :-
- 6 Staff rooms - 2 kull sular.
- 3 Reception desks - 1 kull sular
- 3 Nursing Offices - 1 kull sular
- 3 Treatment rooms - 1 kull sular
- 3 Pantries - 1 kull sular.
F'kull sular ser ikun hemm 'Fire fighting equipment', 'storage facilities' , 'dirty linen areas', 'sluice rooms', 'passanger lifts' kif ukoll 'goods lifts'.
Il-Perit inkarigat minn dan il-progett, is-Sur Frankie Muscat, kien hafna attent biex jutilizza l-ispazju kollu possibbli. Fejn qabel kien hemm 'toilet' wiehed ghal kull 12 ir-resident u 'shower' ghal kull 20 resident, issa ser ikun hemm 'shower' ghal kull 4 residenti. Fejn qabel kien hemm 6.5 metri kwadri ta’ spazju ghal kull resident, issa ser ikun hemm 10 metri kwardri ta' spazju ghal kull resident. Fejn qabel kien hemm 6 sodod f'kull kamra, issa ser ikun hemm biss 4 sodod f'kull kamra. Ghalhekk, ir-residenti ser ikollhom aktar spazju fejn jghixu. Post modern bhal dan jesigi l-ahjar ambjent u kumdità ghall-anjani.
Dr Mifsud Bonnici kompla jispjega ghaliex iz-zieda fis-servizzi ghall-anzjani hija prijorità ghall-Gvern prezenti. Huwa qal li d-domanda biex aktar anzjani jidhlu fi djar residenzjali ghall-anzjani qed dejjem tikber. Ghalhekk, il-Gvern qed jiehu certi mizuri bhalma huma z-zieda fin-numru ta' sodod fid-djar tal-Gvern fosthom dawk ta’ l-Imtarfa kif ukoll taz-Zejtun. Din is-sena wkoll ser jibda x-xoghol fuq dar ta’ l-anzjani fil-Mellieha. Il-Gvern qed iniedi wkoll SKEMA PILOTA sabiex id-Dipartiment ta’ l-Anzjani u Servizzi fil-Komunità ikun jista' jissieheb mas-settur privat biex jigu provduti sodod ghall-anzjani fid-djar residenzjali privati.
Dr Mifsud Bonnici ikkonkluda billi qal li dawn il-progetti kollha tal-Gvern prezenti, kif ukoll is-servizzi lill-anzjani fil-komunità huma mahsuba sabiex dejjem inkomplu ntejbu l-kwalità tal-hajja ta’ l-anzjani f'Malta.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN