PREŻENTAZZJONI TAR-RAPPORT 'AN IMPLEMENTATION EXERCISE 2001 - THE EUROPEAN CHARTER FOR SMALL ENTERPRISES' LIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWIN VASSALLO
Illim saret il-preżentazzjoni ta' rapport li jiġbor fih tagħrif dwar f'hiex kienet tikkonsisti l-ħidma li twettqet mill-Gvern is-sena li għaddiet b'rizq l-iżvilupp ta Politika Imprenditorjali, li kapaċi tagħraf il-ħtiġijiet ta dan is-settur, u tirrispondi għal dawn il-htiġijiet. Dan id-dokument iqabbel ir-rapport tal-ħidma li twettqet b'risq is-settur tas-self employed u n-negozji ż-żgħar ma' l-inizjattivi li huma ndikati fil-European Charter For Small Enterprises.
Dan id-dokument kritiku li janalizza u jkejjel l-effettività tal-ħidma tal-Gvern kif imqabbla ma' l-inizjattivi indikati fic-Charter, huwa parti minn eżerċizzju li qiegħed ikun ikkordinat mill-Small Business Unit. Dan l-eżerċizzju qiegħed isir kif kien previst fil-Pjan ta' Ħidma "Negozji Sostenibbli" (ippubblikat mis-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo), u li fih ġie indikat li l-European Charter for Sme's għandu jservi bħala benchmark li miegħu nkunu nistgħu inkejlu l-iżvilupp tal-ħidma b'risq is-settur tan-negozji ż-żgħar.
F'din l-okkażjoni s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo irrefera għal l-importanza ta' dan il-European Charter for Small Enterprises u saħaq li: " Minn meta kien ippubblikat il-European Charter For Small Enterprises, jiena emmint li dan il-dokument joffri direzzjoni prattika f'hiex għandu jikkonsisti l-impenn tal-Gvern u dawk kollha li jridu jaħdmu flimkien biex iġibu 'l quddiem l-interessi tas-self-employed u negozji żgħar f'dan il-pajjiż. Dan id-dokument kien jitratta l-istess inizjattivi li kont qed nippjana li nwettaq u għalhekk serva ta' konferma li l-ħidma li bdejt naħdem fuqha kienet ħidma meħtieġa u li qed issir ukoll f'pajjiżi oħra."
Is-Segretarju Parlamentari kompla jispjega kif dan id-dokument li l-Small Business Unit qed jippubblika, għandu jservi bħala bażi għad-diskussjoni pubblika li ser issir f'konferenza li għaliha ser ikunu mistiedna l-għaqdiet li jirrapreżentaw setturi differenti ta' negozji żgħar u self-employed. L-għan tiegħu huwa li flimkien niddiskutu u nanalizzaw il-ħidma tagħna flimkien. Ħidma kkordinata u mhux ħidma monopolju ta' Dipartiment wieħed jew Ministeru wieħed, iżda ħidma b'impenn kolletiv.
Dan id-Dokument li ppreżenta s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo jiġbor fih rapport mill-Federazzjoni ta' l-Industrija u l-Kamra tal-Kummerċ li ser iservi ta' bażi għad-diskussjoni pubblika li fiha l-għaqdiet tan-negozji kollha ser ikunu mistiedna biex jiddiskutu kif il-ħidma tal-Gvern ġabet fis-seħħ dawn l-inizjattivi li ġew imniżżla fil-European Charter for Small Enterprises.
Is-Segretarju Parlamentari ħabbar li dan ic-charter ser ikun irratifikat ukoll mill-Gvern Malti, u li din ir-ratifikazzjoni ma għandhiex tinftiehem biss bħala ċerimonja, iżda approvazzjoni t'impenn favur ħidma li għanda tagħmel differenza f'dan il-pajjiż. Il-ħidma li l-Gvern qed jimpenja lilu nnfishu li wettaq hija ħidma li għandha twassal biex f'pajjiżna jkollna settur tan-negozji żgħar li jkollu l-istess trattament li għandu l-istess settur f'pajjiżi oħra diġà membri ta' l-Unjoni Ewropea.
Dwar l-impenn ta' żvilupp ta' Politika Imprenditorjali u l-Unjoni Ewropea, is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo indika li dan ic-Charter huwa prova oħra li l-Politika Ewropea hija Politika li tagħraf il-potenzjal taż-żgħir fis-sistema ekonomika ta' kull pajjiż. Huwa saħaq fuq dan il-fatt meta rrefera għal dan l-eżerċizzju li qiegħed isir mill-Small Business Unit, u li permezz tiegħu qed ikun analizzat kif u kemm il-ħidma tal-Gvern is-sena li għaddiet ġabet fis-seħħ dawn l-inizjattivi li qiegħed jitratta il-European Charter li huma:
1) Strengthen the spirit of innovation and entrepreneurship, which enables European business to face the challenges ahead.
2)Achieve a regulatory, fiscal and administrative framework conductive to entrepreneurial activity and improve the status of entrepreneurs.
3)Ensure access to markets on the basis of the least burdensome requirements that are consistent with overriding public policy objectives.
4)Facilitate access to best research and technology.
5)Improve access to finance throughout the entire life-cycle of an enterprise.
6)Improve our performance continuously so that the EU will offer the best environment for small business in the world.
7)Listen to the voice of small businesses.
8)Promote top-class small business support.
Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo awgura li dan l-eżerċizzju jservi ta' ġid f'dan il-proċess li fih qegħdin nagħrfu prijoritajiet ġodda fl-iżvilupp ta' politika imprenditorjali li trid tkun kapaċi tagħraf bħala settur importanti fl-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż ukoll lis-settur tan-negozji żgħar
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN