Left arrow Mur Lura

STHARRIG NAZZJONALI DWAR IL-HARSIEN SOCJALI TAN-NISA FIL-GZEJJER MALTIN

PR293
Date Icon 07/03/2002

Il-ktieb Women’s Welfare in Society jigbor ir-rizultati mill-istharrig nazzjonali li sar ghall-Kummissjoni ghall-Avvanz tal-Mara mill-Professur Anthony M. Abela. Jezamina l-istrutturi ta’ l-organizzazzjonijiet principali tal-Harsien Socjali, dak li jxekkel u dak li jiffacilita s-servizzi ghall-Harsien Socjali lin-nisa li jinsabu f’cirkustanzi difficli. Is-servizzi ezistenti huma kkonfrontati mal-bzonnijiet attwali tan-nisa fis-socjeta’ ta’ llum. Tinghata attenzjoni specjali lil dawk zvantaggati, inkluzi nisa anzjani, nisa li qed jghixu f’xi relazzjoni ta’ abbuz, ommijiet li jrabbu ’l ulied wahidhom, ommijiet mhux mizzewga u nisa separati kemm dawk b’ulied u kif ukoll dawk bla wlied dipendenti.

It-taghrif li johrog minn dan l-istudju jislet ghadd ta’ rakkomandazzjonijiet ghall-attenzjoni ta’ min ifassal il-politika socjali, haddiema fil-Harsien Socjali, il-mexejja ta’ agenziji ta’ l-Istat u ghaqdiet mhux governattivi, voluntarji, klijenti tas-servizzi u l-pubbliku in generali. B’hekk, il-mexxeja tal-politika socjali u l-imsehbin socjali ghandhom bazi fuq xhiex jizviluppaw l-istrutturi ghall-Harsien Socjali b’attenzjoni specjali ghan-nisa li jinsabu sitwazzjonijiet difficli, kif inhu xieraq u sewwa.

Sejbiet ewlenin

Fi zmienna, il-maggoranza sikta tan-nisa Maltin ihabirku b’sahhithom kollha u bla waqfien biex jaghtu wens u sedqa lill-membri kollha tal-familja taghhom.

Il-bicca l-kbira tal-Harsien Socjali tissawwar fil-hajja ta’ kuljum fix-xoghol voluntarju li jwettqu n-nisa ommijiet, nisa mizzewga, ahwa u qraba fil-familja immedjata, mal-girien u fil-kommunitajiet.

Il-kundizzjonijiet socjali ta’ llum jiffurmaw nisga socjali shiha fejn il-bicca l-kbira tan-nisa jaghtu u jircievu servizzi lil (u minn ghand) xulxin bl-ghajnuna sussidjarja tal-ghaqdiet tal-voluntarjat, organizzazzjonijiet tal-Knisja u ghadd ta’ istituzzjonijiet ohra ta’ l-iStat.

Madankollu, ma jonqosx li ghadd gmielu ta’ nisa jhossuhom ghajjenin u xi whud taht stress. Xi whud ihossuhom maqtughin mill-ohrajn jew ibatu minn nuqqas ta’ flus, mard hafif jew fit-tul, depression jew problemi tal-mohh, u dizabbiltajiet fizici. Xi whud isibu ruhhom abbandunati minn zwieghom jew il-partner taghhom, jekk mhux ukoll imsawwta. Xi ohrajn imissu mad-droga u l-alkohol, ohrajn igarrbu abbuz fiziku jew sesswali u xi ftit ohrajn jaqghu vittma tal-prostituzzjoni.

Kull ma jmur qed jizdied l-ghadd tan-nisa mizzewga li johorgu jahdmu barra mid-dar biex iwieznu d-dhul tar-ragel. Ta’ spiss dawn qed ikollhom ilahhqu kemm ma’ l-impieg fik ukoll max-xoghol tad-dar, waqt li jiehdu hsieb il-familja u t-trobbija ta’ l-ulied. Xi whud, l-izjed dawk l-ommijiet li jrabbu l-ulied wahedhom u n-nisa separati, ikollhom jahdmu xoghol full-time inkella jispiccaw jiddependu fuq il-beneficcji socjali. Hafna drabi, il-problemi huma ghal ftit zmien. Izda, ma jonqsux dawk in-nisa li ghal xi raguni jew ohra jibqghu jghixu f’cirkustanzi difficli, tant li jidhlu f’nassa ta’ faqar jew jispiccaw imwarrbin mis-socjeta’.

Ghalkemm it-taghrif fuq is-servizzi socjali huwa mifrux sew, huma tassew ftit dawk in-nisa li hassew il-bzonn jghamlu uzu min dawn is-servizzi. In-nisa li xi darba jew ohra gew fil-bzonn, jistqarru li sabu ghajnuna konkreta u appogg f’din l-ordni ta’ importanza: l-ewwel mill-ghaqdiet tal-Knisja, it-tieni mis-Sigurta’ Socjali, it-tielet mic-~entri tas-Sahha, Sptarijiet u Klinici, u wara mill-Caritas, il-Moviment ta’ Kana, Centri u organizzazzjonijiet privati, ic-~entru Hidma Socjali, Sedqa, l-Azzjoni Kattolika, Appogg (li qabel kien is-Social Welfare Development Programme), Merhba Bik, Fejda u d-Dipartiment tan-Nisa fis-Socjeta’.

Bhalissa, il-haddiema tal-Harsien Socjali qed jilhqu l-pubbliku in generali bis-sehem taghhom fi programmi tax-xandir. Permezz tas-social work, zjarat fid-djar, counselling u xoghol pastorali huma jaghtu informazzjoni fuq is-sahha u problemi legali, il-beneficcji socjali, pariri fuq it-trobbija tat-tfal, u fuq ir-relazzjonijiet ta’ bejn il-koppji. In-nisa li jinsabu f’diffikultajiet u li jghamlu uzu minn dawn is-servizzi jhossuhom hafna sodisfatti. L-istrutturi esistenti tal-Harsien Socjali qed joffru servizz ta’ kwalita’ u minghajr dewmien ta’ xejn.

Jidher li kull ma jmur l-appogg tal-pubbliku qed ixaqleb minn fuq il-‘Welfare State’ ghal ‘Welfare Mix’ jew ‘Welfare Society’, fejn l-iStat jidhol bi shab ma’ l-Ghaqdiet Non-Governattivi, individwi, familji, Knisja u komunitajiet lokali, u l-Privat ghat-tmexxija u l-ghoti ta’ ghadd ta’ servizzi ghall-harsien tan-nisa li jsibu ruhhom f’kundizzjonijiet difficli, inkluzi servizzi lil nisa b’dizabbilita’, dawk bi problemi ta’ droga u alkol, nisa msawwta, dawk bi problemi ta’ nuqqas ta’ flus, nisa mwarrba, ommijiet li jrabbu l-ulied wahidhom u nisa li qed ifittxu x-xoghol.

Rakkomandazzjonijiet:

  • Uzu ahjar tal-voluntarjat u zieda ta’ haddiema socjali part-time
  • Kollaborazzjoni ikbar bejn l-agenziji li joffru l-istess servizzi
  • Politika socjali sabiex tiffacilita li n-nisa ikomplu u/jew jirritornawghax-xoghol, fost l-ohrajn:
    • Iktar oppurtunitajiet ta’ xoghol ghan-nisa
    • Programmi ta’ tahrig lin-nisa fi skills tax-xoghol
    • Edukazzjoni socjali ghal tqassim iktar gust tax-xoghol tad-dar bejn in-nisa, l-irgiel u t-tfal fil-familja
    • Zvilupp ta’ servizzi ta’ childcare minn Ghaqdiet voluntarji, Kopperattivi tan-nisa, jew inizjattivi bi shab bejn il privat u l-pubbliku fuq livelli ta’ Kunsilli Lokali, komunitajiet, girien u postijiet tax-xoghol
  • Nisa li jistghu ghandhom jibdew ihalsu ghal xi servizzi li jircievu
  • Jizdiedu l-benficcji ta’ flus lil nisa bi problemi ta’ flus
  • Tkompli r-riorganizazzjoni strategika fit-tmexxija u l-ghoti tal-Harsien Socjali
  • Skemi ghal izjed ‘partnerships’ bejn Ghaqdiet voluntarji u l-iStat

L-Agenziji tal-Harsien Socjali ghandhom ifittxu li:

  • Jtejbu t-teamwork bejn il-haddiema tal-Harsien Socjali
  • Jikkolaboraw iktar ma’ agenzji ohra
  • Ihaddmu u jharrgu izjed voluntiera
  • Ihaddmu iktar haddiema professjonali
  • Jisguraw iktar partecipazzjoni fid-decizjonijiet
  • Jizviluppaw u jzommu database aggornata tal-klijenti kollha taghhom
  • Jaghmlu uzu ahjar u gust ta’ haddiema part-time
  • Jaccertaw li l-agenziji u l-hinijet ta’ l-ufficcju jkunu accessibbli ghal klijenti nisa
  • Jtejbu s-supervizjoni tal-haddiema socjali minn professjonisti ta’ l-esperjenza
  • Jaghmlu evaluazzjoni regulari ta’ l-agenzija minn awtorita’ independenti
  • Jizguraw iktar trasparenza, ‘accountability’ u ekonomija fl-infieq

It-taghrif li johrog minn dan l-istudju ghandu jservi ta’ bazi ghal dibattitu pubbliku bejn il-mexxejja tal-politika socjali, il-haddiema socjali, Ghaqdiet governattivi u non-governattivi u l-pubbliku in generali. Fuq bazi bhal din, il-Ministeru tal-Politika Socjali, u l- Kummissjoni ghall-Avvanz tal-Mara u d-Dipartiment tan-Nisa fis-Socjeta’ jkunu jistghu jizviluppaw l-istrutturi ghall-Harsien tan-Nisa, b’attenzjoni specjali ghal nisa f’sitwazzjonijiet difficli.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow