Il-Kunsilli Lokali tejbu l-ambjent fejn nghixu
"Minghajr ebda dubju l-Kunsilli Lokali tejbu l-ambjent fejn nghixu lkoll." Dan qalu l-Ministru tal-Gustizzja u Gvern Lokali, Austin Gatt meta kien qed jindirizza attivita’ li fiha gew ipprezentati l-premjijiet lil dawk il-Kunsilli Lokali li rebhu diversi kategoriji fil-kompetizzjoni Sebbah Pajjizek. Il-prezentazzjoni saret fil-lokalita’ tal-Mellieha, lokalita’ li wkoll giet ippremjata fil-kategorija ta’ l-Ahjar partecipazzjoni tar-residenti u l-komunita’ kummercjali.
Il-Ministru Gatt fisser li hekk kif kien hemm qabza fil-kwalita’ f’dawk li huma partecipanti, minghajr dubju issa rridu nirregistraw qabza f’dik li hija kwalita’ ta’ kif insebbhu pajjizna. Dr. Gatt qal li l-introduzzjoni tal-Wardens ghenet biex nikkontrollaw u ntejbu l-ambjent. Madankollu, wasal il-waqt li l-Kunsilli jikkollaboraw bejniethom aktar, anke fit-thaddim tal-Wardens, biex tassew niehdu hsieb l-ambjent ta’ madwarna.
Dr. Gatt enfasizza li m’ghadx fadal lok biex naghmlu biss kampanji edukattivi dwar l-ambjent. "Jekk kien hemm kampanja kostanti f’pajjizna kienet dik marbuta ma’ l-indafa," kompla Dr. Gatt. "Ghalhekk wasal il-waqt li ninforzaw iktar f’dak li ghandu x’jaqsam maz-zamma ta’ l-ambjent iktar nadif." Dr. Gatt qal li ma nistghux nibqghu nittolleraw lil min ihammeg f’pajjizna.
Filwaqt li awgura lir-rebbieha, il-Minsitru Austin Gatt irringrazzja kemm lill-membri tal-gurija kif ukoll lill-isponsors ghar-rwol taghhom, li gie definit bhala fundamentali, biex din l-inizjattiva titkompla.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN