Laqgha tar-Rapprezentanti tal-Ministeri ta’ l-Intern tal-Mediterran tal-Punent
Laqgha ta’ Ufficjali Gholja rapprezentanti tal-Ministeri ta’ l-Intern tal-Punent tal-Mediterran (CIMO) kienet ospitata mill-Ministeru ta’ l-Intern u l-Ambjent. L-iskop tas-CIMO huwa li jindirizza b’manjiera informali izda effettiva, temi relatati mal-kriminalità organizzata, immigrazzjoni illegali, terrorizmu u protezzjoniji civili.
Il-laqgha kienet ko-presjeduta minn Mr Gabriel Ferran, rapprezentant tal-Presidenza Spanjola ta’ dan il-Forum, u Dr Godwin Grima, Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta’ l-Intern u l-Ambjent. Ghal-laqgha tal-lum, kienu prezenti rapprezentanti tad-disa’ pajjizi membri tas-CIMO, Spanja, il-Portugall, Franza, l-Italja, il-Libja, it-Tunezija, l-Algerija, il-Marokk u Malta. Dan il-Forum tal-Mediterran tal-Punent ezamina l-konkluzjonijiet li ntlahqu fil-laqghat ta’ qabel, organizzati taht il-Presidenza Spanjola. L-importanza tal-laqgha ta’ Malta kienet minhabba d-diskussjoni dwar il-punti ta’ kuntatt nazzjonali.
Fl-indirizz tieghu li bih laqa’ lid-delegati, Dr Grima, f’isem id-delegazzjoni Maltija sahaq dwar l-impenn ta’ Malta lejn ic-CIMO, "Malta hija impenjata li tizgura li din il-laqgha bejn il-hbieb tkompli tevolvi ghall-beneficcju tal-pajjizi li qed nirrapprezentaw."
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN