Left arrow Go Back

LIGI GDIDA DWAR L-UGWALJANZA BEJN IRGIEL U NISA

PR281
Date Icon 04/03/2002


Il-Gvern illum ppublika White Paper ta’ proposti ghal qafas legislattiv dwar l-Ugwaljanza bejn l-Irgiel u n-Nisa, ligi li tghaqqad flimkien katina ta’ inizjattivi f’dan ir-rigward u ggib fis-sehh wieghda elettorali ohra ta’ Gvern Nazzjonalista.

Waqt konferenza stampa, l-Agent Prim Ministru u Ministru ghall-Politika Socjali, Dr. Lawrence Gonzi qal li matul dawn l-ahhar tlett snin il-Gvern ha mizuri konkreti sabiex jiffacilita’ bidla u mentalita’ shiha f’dan il-qasam, fl-istess waqt li jirrispondi ghar-rejaltajiet socjali u ekonomici minghajr ma’ jhedded b’xi mod l-istituzzjoni tal-familja. Dan il-bilanc kien possibli biss li jintlahaq permezz ta’ politika tajba u konkreta li ma’ tfittix tibdil kosmetiku u mghaggel imma evoluzzjoni gradwali, meqjusa u mibnija fuq ricerki xjentifici u attwali.

Il-katina ta’ inizjattivi f’dan ir-rigward tinkludi l-holqien ta’ xelter ghal nisa li qed jesperjenzaw vjolenza domestika, emendi fil-ligi dwar is-sigurta’ socjali u emendi fil-ligi tat-taxxi, programmi ta’ flessibilta’ fl-impjieg fis-servizz pubbliku, tahrig u skemi ghall-akkwist ta’ hiliet ghal nisa li jixtiequ jirritornaw fis-suq tax-xoghol, programmi edukattivi ghan-nisa’ fil-lokalitajiet, programm terapewtiku ghall-irgiel li huma vjolenti f’darhom, tibdil fil-ligijiet ghar-Relazzjonijiet ta’ l-Impjieg sabiex jaghmlu l-ambjent tax-xoghol aktar idoneju u adattat ghall-htigijiet tal-familja, regolamenti dwar il-harsien tas-sahha u s-sigurta’ fuq il-post tax-xoghol ghal nisa li jinsabu f’perjodu ta’ tqala, fost ohrajn.

Il-Ministru Gonzi spjega fid-dettal il-mizuri li qed jigu proposti f’din il-White Paper, fosthom il-protezzjoni kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni sesswali fuq il-post tax-xoghol jew minn xi istituzzjoni finanzjarja fir-rigward ta’ ghoti ta’ facilitajiet lil min ikun f’negozju, access liberu ghall-opportunitajiet ta’ mpjieg, edukazzjoni jew kull forma ta’ tahrig vokazzjonali, mizuri ghall-harsien tal-principju tal-ugwaljanza fir-reklamar fil-mezzi ta’ komunikazzjoni, u protezzjoni shiha kontra l-fastidju sesswali kemm fuq il-post tax-xoghol, kif wkoll f’istituzzjonijiet edukattivi u fi stabbilimenti pubblici inluzi dawk li joffru akkomodazzjoni.

Dwar il-fastidju sesswali, l-Agent Prim Ministru habbar li matul is-sena li ghaddiet il-Ministeru ghall-Politika Socjali wettaq studju dettaljat sabiex jkejjel il-fastidju sesswali gewwa pajjizna. Dan l-istudju li fi ftit tal-jiem ohra ser ikun ippublikat fuq il-website tal-Ministeru qed jindika b’mod car li s-suq Malti tax-xoghol ghalkemm mhux hieles minn sitwazzjonijiet ta’ fastidju sesswali ma’ jipprezentax problemi kbar. Dan ma jfissirx, tenna l-Ministru Gonzi, li ma’ jittiehdux mizuri sabiex jipprotegu kontra l-fastidju sesswali, tant u hekk li kemm fil-proposti dwar il-ligijiet tax-xoghol, kif wkoll fil-White Paper li ippublika llum, l-Gvern qed johloq mizuri li jissalvagwarjaw u joffru proceduri ta’ rimedju kontra l-fastidju sesswali.

Il-Ministru Gonzi habbar wkoll li l-Ligi l-gdida ser twaqqaf Kummissjoni ghall-Promozzjoni ta’ l-Ugwaljanza bejn l-Irgiel u n-Nisa, li permezz ta’ Kummissjoni ser tassorbi lid-Dipartiment dwar in-Nisa fis-Socjeta’. Din il-Kummissjoni gdida ser twessa’ r-rwol taghha sabiex taqdi l-funzjonijiet mahsuba fil-ligi filwaqt li tkompli ssahhah il-promozzjoni u l-gharfien ghall-ugwaljanza bejn is-sessi.

Il-Ministeru ghall-Politika Socjali jinkoragizzi lil kull min huwa interessat sabiex jistudja fid-detall dan l-Abbozz ta’ Ligi kif propost, u jressaq l-opinjonijiet u s-suggerimenti tieghu sat-28 ta’ Marzu 2002. Din il-White Paper tista tinkiseb mill-Ministeru ghall-Politika Socjali, Triq ir-Repubblika, l-Belt (Tel: 2590 3446) jew mill-website tal-Ministeru ghall-Politika Socjali http://www.msp.gov.mt. Is-suggerimenti u l-kummenti dwar dan ir-rapport jistghu jinghataw permezz ta’ e-mail: info.msp@gov.mt jew jintbaghtu lill-Communications Co-ordinator fil-Ministeru ghall-Politika Socjali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow