VIDEO DWAR IL-GBEJNIET REBAH IT-TIENI PREMJU F’FESTIVAL INTERNAZZJONALI
Il-video The Maltese Cheeselet– il-Gbejna, li nhadem mid-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura, rebah it-tieni premju flimkien ma’ video iehor, fit-18-il edizzjoni tal-Festival Agrofilm 2001 fil-belt ta’ Nitra fis-Slovakkja.
Il-video juri kif isiru l-gbejniet friski, nexfin u tal-bzar, specjalità li tinstab biss fil-gzejjer Maltin. F’din il-produzzjoni huma ttrattati suggetti bhall-bejgh tal-halib fuq l-ghetiebi tal-bibien fl-irhula u bliet taghna, is-sejba tal-Brucellosis, il-produzzjoni tal-gbejniet fl-irziezet Maltin, u l-produzzjoni b’makkinarju u process modern fil-fabbrika tal-Malta Dairy Products f’Ghawdex.
Agrofilm hu Festival uniku fid-dinja li l-ghan tieghu hu li jinforma, u jghallem metodi godda fil-qasam ta’ l-agrikoltura u l-industrija ta’ l-ikel.
F’dan il-Festival hadu sehem 24 pajjiz, fosthom il-Gappun, il-Germanja, l-Ingilterra, Franza u c-Cina.
Iddahhlu b’kollox ghall-Festival madwar 90 video li nqasmu f’kategoriji differenti. Wara li kienu eliminati madwar 40 video, kien unur kbir ghal Malta li tikseb it-tieni post flimkien ma’ video iehor fil-kategorija C, riservata ghat-taqsima tad-dokumentarji.
Il-video nhadem mic-chief cameraman tad-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura, Antoine Zammit, li kien responsabbli wkoll ghad-direzzjoni u post-production. L-iscript inkiteb minn Tony Parnis fuq kitba ta’ Godfrey Camilleri, Principal Scientific Officer, li kien ukoll il-konsulent tekniku, filwaqt li Charles Farrugia, Ufficjal Xjentifiku mad-Dipartiment ta’ l-Agrikultura, kien ko-ordinatur. Il-kummentarju bl-Ingliz inqara minn Godwin Scerri.
Fl-1998, id-Dipartiment kien ikkompeta f’dan l-istess Festival bil-video Rehabilitation of Wied il-Qlejgha u kien ukoll rebah it-tieni premju.
Il-video The Maltese Cheeselet– il-Gbejn, kien sponsorjat mill-A.P.S. Bank.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN