SILTIET MID-DISKORS TAS-SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TA’ L-INTERN U L-AMBJENT, IL-PERIT GEORGE PULLICINO, WAQT KONFERENZA TA’ L-AHBARIJIET FEJN GIET IPPREZENTATA POLICY GDIDA DWAR SIGAR U ARBUXELLI
Il-gwida li qed tigi ipprezentata illum hija frott ta’ iktar minn erba’ snin ta’ hidma u konsultazzjoni bejn l-Awtorità ta’ l-Ippjanar, id-Dipartiment ghall-Harsien ta’ l-Ambjent, id-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura u sidien ta’ mixtliet privati. Din il-gwida qed tkun mnedija proprju fil-gurnata meta l-Awtorità ta’ l-Ippjanar u d-Dipartiment ghall-Harsien inghaqdu biex ikun hemm Awtorità wahda li se tissejjah l-Awtorita` ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar. F’pajjiz zghir bhal taghna huwa importanti li l-funzjonijiet ta' l-ippjanar u l-harsien ta’ l-ambjent ikunu taht l-istess saqaf. Dan biex l-ippjanar ta’ l-uzu ta’ l-art u l-harsien ta’ l-ambjent ikunu integrati ahjar.
L-ghan principali tal-policy li qed tkun imnedija llum huwa li toffri gwida dettaljata ta’ x’tip ta’ sigar u arbuxelli ghandhom jithawwlu fi progetti ta’ afforestazzjoni jew landscaping, partikolarment f’lokalitajiet barra miz-zoni ta’ l-izvilupp. Id-dokument joffri wkoll informazzjoni dettaljata dwar speci differenti ta’ sigar u pjanti u fejn ikun l-ahjar li jithawwlu, bhal per ezempju f’gonna, fi playgrounds ghat-tfal, cimiterji u lokalitajiet vicin il-kosta.
Ir-rapport jenfasizza l-htiega li tinghata direzzjoni dwar l-ahjar tip ta’ speci ta’ vegetazzjoni ghal zoni rurali jew urbani. Dan jghin biex fil-futur jigu evitati kazijiet fejn ikollhom jinqalghu xi sigar, specjalment f’zoni urbani, minhabba li ma jkunux adattati minhabba li l-gheruq jistghu jaghmlu hsarat lill-bini.
L-ideja ahharija hija li jigi inkoraggit it-thawwil ta’ sigar indigeni u speci ekologikament adattati f’zoni rurali fil-waqt li jkun hemm iktar flessibilita` f’zoni urbani, fejn f’certi kazi jistghu jigu mhawwla anki pjanti ezotici.
Hu mistenni li din il-gwida tippromwovi thawwil ta’ sigar li huma ambjentalment accettabbli, waqt li fl-istess hin jaghtu spinta lit-tkabbir ta’ sigar indigeni fil-mixtliet ta’ Malta. It-tnehhija ta’ sigar u vegetazzjoni fiz-zoni ta’ zvilupp jew fejn ikun jehtieg titjib infrastrutturali jista jigi permess. Izda l-Awtorita tista’ ma tapprovax it-tnehhija ta’ sigar jekk ma jkunx hemm raguni valida u ghalhekk tista’ tesigi li s-sigar u vegetazzjoni ezistenti jigu integrati fil-proposta ta’ l-izvilupp.
Jekk dan ma jkunx possibbli l-Awtorità tista’ tipproponi t-trapjant ta’ sigar u vegetazzjoni. Minn naha l-ohra jekk hemm raguni valida fejn dan ma jistax isir l-Awtorità tesigi li t-tnehhija ta’ sigar tkun minima u tigi kompensata billi ghal kull sigra li titnehha iridu jithawwlu numru ta’ sigar jew pjanti ta’ l-istess speci skond formola li tinsab deskritta fid-dettal fid-dokument li qed jitqassam lil media.
Dan il-principju ta’ kumpens li ghal kull sigra jew pjanta li titnehha jridu jithawlu numru ikbar ta’ sigar jew pjanti jizgura li n-numru tas-sigar u pjanti fil-pajjiz jizdied u mhux jonqos.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN