Left arrow Mur Lura

GBIR TA’ KARTA TA’ L-IDENTITA’ L-GDIDA

PR273
Date Icon 01/03/2002

Il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Kummissjunarju Elettorali Principali jgharrfu lir-residenti ta’ Fontana, Gharb, Ghajnsielem, Sannat, Nadur u Valletta li kienu applikaw biex igeddu l-karta ta’ l-Identita fic-Centru tal-lokalita’ taghhom f’Jannar, illi ghandhom jigbru l-karta ta’ l-identita’ l-gdida, billi jmorru fil-Ghassa tal-Pulizija taghhom fil- granet kif gej:

FONTANA u GHARB : IT-TNEJN 4 U T-TLIETA 5 TA’ MARZU 2002

GHAJNSIELEM u SANNAT: MIT-TNEJN 4 SAL-HAMIS 7 TA’ MARZU 2002

NADUR : MIT-TNEJN 4 SAS-SIBT 9 TA’ MARZU 2002

VALLETTA : MIT-TNEJN 4 SAL-GIMGHA 15 TA’ MARZU 2002

Ma jsirx tqassim fil-Hdud. Il-hin ikun mit-Tnejn sas-Sibt : 8.00am - 12.30pm --- 1.30pm - 8.00pm.

Il-pubbliku huwa mgharraf illi sabiex tingabar il-karta ta’ l-identita’ l-gdida, trid tigi moghtija lura l-karta ta’ l-identita l-qadima.

Mhux mehtieg li kulhadd imur jigbor il-karta’ ta’ l-identita l-gdida personalment, izda huwa importanti li min imur irid ikollu aktar minn 18-il sena u jiehu mieghu l-karta ta’ l-identita’ tieghu u ta’ dawk il-persuni li jkun awtorizzat sabiex jigbor il-karta ta’ l-identita’ taghhom.

Dawk il-persuni li tilfu jew li kellhom il-karta ta’ l-identita’ taghhom b’xi mod distrutta, jew li jonqsu li jigbru l-karta ta’ l-identita taghhom fil-granet fuq imsemmija, jkunu jridu jigbru l-karta ta’ l-identita taghhom mill-Ufficcju Elettorali, il-Belt Valletta jew fil-kaz ta Ghawdex, mill-Ufficcju tal-Karta ta’ l-Identita’, fir-Rabat, Ghawdex, minn tlett ijiem wara li jkun ghalaq iz-zmien indikat hawn fuq, bejn it-8.00am u nofsinhar.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow