HIDMA MILL-GVERN F’HAZ-ZEBBUG
Fix-xhur li ghaddew, fuq inizjattiva tal-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici, l-Enemalta wettqet xoghol estensiv f’Haz-Zebbug, fejn inxtghelet Triq H’Attard. B’kollox f’dan dan il-progett twahhlu 18–il lampa u l-progett globali sewa’ madwar LM21,000. Ix-xoghol fi Triq H’Attard, f’Haz-Zebbug, beda wara l-approvazzjonijiet neccesarji li saru fl-ahhar t’Awissu tas-sena l-ohra u mill-ewwel beda x-xoghol ta’ trenching, stallazzjoni ta’ arbli u sussegwentement twahhil ta’ lampi biex sa fl-ahhar setghet tinxtghel Triq H’Attard f’din il-lokalita’.
Dalghodu, zar il-progett il-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici Josef Bonnici, li flimkien ma’ l-Inginiera ta’ l-Enemalta ivverifikaw il-konkluzjoni ta’ dan il-progett, fejn ukoll irringrazzjaw lil dawk kollha li hadmu fuqu. Il-Ministru Bonnici ta diversi dettalji dwar il-progett ta’ Triq Attard, fejn qal li s-sistema ta’ l-elettriku miet mghoddija minn taht l-art, kif sar ukoll fi progetti ohra ta’ Street Lighting li gew konkluzi f’Haz-Zebbug. Hu rrimarka wkoll li tul dawn l-ahhar tlett snin fil-lokalita’ ta’ Haz-Zebbug, gew stallati madwar 100 lampa f’toroq principali kif ukoll sekondarji.
Il-Ministru ghas-Servizzi Ekonomici ta dettalji wkoll tal-progetti li bhalissa qed isir xoghol fihom u li jinkludu fost l-ohrajn: triq gdida fi Triq l-Imdina, Triq ic-Cawsli fiz-Zejtun, f’Pembroke fit-triq li taghti ghal-lukandi, Triq l-Infetti fir-Rabat, kif ukoll fi Triq Durumblat il-Mosta.
F’Pembroke, jinsab riesaq fi tmiemu progett ta’ stallazzjoni ta’ 24 lampa, bi spiza totali ta’ LM10,000. Fiz-Zejtun fi Triq ic-Cawsli, inbeda x-xoghol ta’ armar ta’ lanterni ma’ l-arbli. Xoghol iehor li ghaddej b’ritmu mghaggel u kwazi jinsab fi stadju ta’ tlestija, huwa l-progett ta’ Triq l-Infetti fir-Rabat, fejn gew stallati 22 lampa bi spiza li tlehhaq il-Lm15,000. Il-Ministru Bonnici semma wkoll li bhalissa ghaddej xoghol fi Triq Durumblat fil-Mosta fejn gew imwahhla 41 arblu bi spiza totali tal-progett, vicin is-Lm37,000. F’dan il-progett qed jigu eliminati definittivament l-arbli antiki u issa ser tithaddem is-sistema ta’ l-underground cable.
Il-Ministru Josef Bonnici fakkar li hekk kif il-Gvern Nazzjonalista rega’ inghata l-mandat biex imexxi l-pajjiz tlett snin ilu, kien iffacjat b’talba enormi ta’ xoghlijiet ghal bozoz godda fit-toroq ta’ Malta u Ghawdex. Hu sahaq li l-Gvern Nazzjonalista fi tlett snin wahhal aktar minn 4,500 bozza bi spiza ta` ‘l fuq minn LM1 miljun. Dawn huma cifri sinifikanti meta wiehed jikkomparahom mas-sentejn ta’ Gvern Laburista fejn kienu ntefqu biss Lm 431,000.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN