TISWIJIET FIL-PUMPING STATION TAL-GŻIRA
PR269
28/02/2002
Il-Ministeru għall-Ambjent javża li qed isiru tiswijiet urġenti fil-Pumping Station tad-Drenaġġ tal-Gżira, fejn żviluppaw ħsarat. It-tiswijiet jinkludu mhux biss it-tibdil tal-partijiet bil-ħsara, iżda anke l-bdil ta' partijiet oħra bl-iskop li ma jerġax ikun hemm ħsarat.
Sakemm tissewwa din il-ħsara, jista' jkun hemm xi sbroff tad-drenaġġ fix-xatt tal-Gżira. Il-Ministeru għall-Ambjent jiddispjaċih għal kull inkonvenjent li jistgħu isofru r-residenti ta' l-inħawi. Sakemm isiru l-xogħlijiet meħtieġa, l-ħaddiema se jibqgħu jaħdmu f'xiftijiet lejl u nhar.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN