GBIR TAL-KARTA TA’ L-IDENTITA’
PR268
28/02/2002
Il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Kummissjonarju Elettorali Principali jgharrfu lir-residenti ta’ Dingli, Iklin, Kirkop, Pembroke, Qrendi, Ghasri u Xewkija, li kienu applikaw biex igeddu l-Karta ta’ l-Identita’ taghhom f’Novembru u Dicembru 2001, u li baqghu ma gabrux il-Karta ta’ l-Identita’ l-gdida, illi ghandhom malajr kemm jista’ jkun, jigbruha mill-Ufficcju Elettorali l-Belt Valletta jew, fil-kaz ta’ Ghawdex, mill-Ufficcju tal-Karta ta’ l- Identita’ r-Rabat, Ghawdex, waqt il-hinijiet ta’ l-ufficcju. Trid tinghata lura l-Karta ta’ l-Identita’ l-qadima.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN