Left arrow Mur Lura

Iktar mizuri biex tittaffa l-problema ta’ l-ipparkjar f’ Paceville u l-Bajja ta’ San Gorg

PR265
Date Icon 28/02/2002

Il-Gvern huwa kommess li jtaffi l-problema dejjem tikber ta’ l-ipparkjar fl-inhawi ta’ Paceville, problemi li jizdiedu sew matul tmiem il-gimgha meta n-numru ta’ karozzi fl-inhawi jikber sew. Ghalhekk qed jittiehdu iktar mizuri biex tittaffa din il-problema li qed tohloq inkonvenjent lir-residenti fl-inhawi ta’ San Giljan, Paceville, Pembroke u s-Swieqi.

Dan qalu s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ta’ l-Intern, il-Perit George Pullicino waqt konferenza ta’ l-ahbarijiet li fiha habbar proposta ta’ parkegg li ser ikun jesa bejn 800 u 1,000 vettura.

Ta’ min ifakkar li originarjament l-abbozz tal-Pjan Lokali tat-Tramuntana tal-Portijiet ippublikat fl-1999 kien identifika is-sit ta’ fejn hemm Moynihan House, bhala post fejn ghandu jsir wiehed mit-tlett carparks strategici, biex jilqghu fihom vetturi li jiffrekwentaw iz-zona ta’ divertiment ta’ San Giljan u Pembroke.

Eventwalment it-Taqsima Proprjetà tal-Gvern ghamlet applikazzjoni sabiex tigi zviluppata dik is-sit f’multi-storey carpark u facilitajiet kummercjali u residenzjali. L-Awtorità ta’ l-Ippjanar minhabba li konxja li vicin is-sit hemm Ghar Harq il-Hamiem, talbet sabiex isir survey dettaljat ta’ dan l-ghar. Dan is-survey sar u nstab li l-ghar huwa ferm akbar milli originarjament kien mahsub u kemm jista’ jkun wiehed ghandu jevita skavar hdejh halli jigi protett.

Ghaldaqstant wara li ttiehdet din id-decizzjoni, sar qbil li l-multi-storey carpark isir ftit ’l boghod proprju wara l-Istitut ghall-Istudji Turistici (ITS). Ta’ min jghid ukoll li s-settur privat esprima x-xewqa li f’sit vicin jinbena convention centre. Ghalhekk dan il-carpark ghandu jservi lill-convention centre matul il-jum kif ukoll lill-vizitaturi taz-zona ta’ divertiment ta’ Paceville u San Gorg filghaxija.

F’dan il-progett se jintuzaw flus tac-CPPS (Commuted Parking Payment Scheme) li ngabru minn dawn l-inhawi. Ghalhekk, fi ftit tal-jiem ohra ghandha tohrog tender kemm ghall-convention centre kif ukoll ghall-carpark.

Dan il-parkegg ser isir wara li ftit tax-xhur ilu xhur beda jahdem il-parkegg temporanju f’Pender Place li jesa 460 karozza. Huwa mistenni li aktar tard din is-sena l-Awtorità ta’ l-Ippjanar se tiddiskuti Development Brief aggornat ghal Pender Place u Mercury House, liema brief johrog ghal konsultazzjoni pubblika. L-underground multi-storey carpark li huwa mahsub li jsir f’Pender Place ghandu jiehu post il-parkegg temporanju li hemm bhalisssa.

Dawn il-mizuri huma ntizi biex kemm jista' jkun inaqqsu l-problemi ta' l-ipparkjar. Biex il-problema tissolva mehtieg li jitjieb it-trasport pubbliku u jittejjeb is-servizz tal-park and ride li qed tahdem bhalissa, bil-ghan li jitnaqqas l-effett negattiv tat-traffiku fuq ir-residenti u fl-istess hin tigi sostnuta l-attività ta' divertiment fl-inhawi ta' Paceville. It-team inter-ministerjali ghall-immanigjar tal-parking intalab jistudja mizuri li jassiguraw li l-parking fl-inhawi residenzjali ikun ghar-residenti ta’ San Giljan, Paceville, Pembroke u s-Swieqi galadarba dawn il-carparks ikunu qed joperaw.

Prezenti ghall-konferenza ta’ l-ahbarijiet kien hemm il-Perit Godwin Cassar, Direttur ta’ l-Ippjanar, il-Perit John Sciberras, Direttur Generali Taqsima Proprjetà tal-Gvern kif ukoll is-Sindku ta’ Pembroke, is-Sur Joe Zammit u s-Sindku ta’ San Giljan, is-Sur Peter Bonello.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow