DISKORS TA’ L-ONOR LAWRENCE GONZI, VICI PRIM MINISTRU U MINISTRU GHALL-POLITIKA SOCJALI, FL-OKKAZJONI TA’ L-EWWEL LAQGHA TAL-KUMITAT GHALL-POLITIKA FIL-QASAM TA` L-IMPJIEGI - UFFICCJU TA’ L-ETC, HAL FAR
Gheziez Sinjuri,
Huwa ta’ pjacir ghalija li nkun prezenti f’din l-ewwel laqgha ta’ dan il-kumitat li ser igib flimkien numru ta’ ‘stakeholders’ fil-qasam tal-impjiegi f’pajjizna bl-intenzjoni li tinbena l-vizjoni u s-sinergija necessarja sabiex l-ekonomija socjali ta’ pajjizna tisahhah u tissoda wicc’imb wicc ma’ l-isfidi li qed jipprezenta suq globalizzat u ekonomija li aktar ma’ jmur aktar qed issir regjonalizzata jekk mhux globalizzata.
Il-Gvern prezenti qieghed ihaddan politika li tinkoraggixxi diskussjoni u ftehim bejn il-Gvern u l-imsiehba socjali kollha. Kull inizjattiva gdida proposta mill-Gvern qieghda l-ewwelnett tigi diskussa mal-partijiet socjali sabiex titqarreb lejn il-bzonnijiet u l-htigijiet ta` kull min hu nvolut. Ezempju car ta` dan huwa l-process ta` konsultazzjoni li sar fuq il-White Paper dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali u ta` l-Impjieg. Permezz ta’ dan il-process, il-Gvern sema’ l-proposti u r-rakkomandazzjonijiet mill-imsiehba socjali kollha u bhalissa beda l-process ta’ analizi li ser iwassal ghall-posizzjoni finali li l-Gvern ser jipprezenta ghad-diskussjoni fil-Parlament – posizzjoni li ser tkun ikkunsidrat il-proposti kollha imma li tkun tirraprezenta d-decizjonijiet li l-Gvern irid jiehu fl-interess nazzjonali tal-pajjiz.
Fl-istess waqt l-Gvern huwa favur politika attiva fil-qasam ta’ l-impjiegi. Din il-politika titlob li l-proposti kollha f’dan il-qasam ikunu fuq naha wahda ihajru lil dawk li jkunu qed ifittxu x-xoghol biex isibu xoghol filwaqt li tistinka sabiex jigu generati postijiet godda tax-xoghol. Il-Korporazzjoni tax-Xoghol qed taghmel hilitha sabiex twettaq din il-politika permezz ta’ numru ta` skemi li jinkoraggixxu lil dawk li qed ifittxu x-xoghol isibu x-xoghol u fl-istess hin thajjar lil min ihaddem johloq postijiet tax-xoghol godda bil-ghan li jitnaqqas in-numru ta` nies qieghda u jissahhu l-hiliet ta’ dawk kollha li jinsabu fuq il-lant tax-xoghol.
L-istatistika turina li diga kellna rizultati posittivi b’rata ta’ qghad li baqghet konsistentement taht il-5% u bin-numru ta’ dawk li qed jahdmu li zdied ukoll b’mod konsistenti matul dawn l-ahhar tlett snin. Dan f’kuntest ta’ process ta’ ristrutturazzjoni inevitabbli li sehh u qieghed isehh f’pajjizna u anke f’kuntest ta’ kompetizzjoni sfrenata fis-swieq internazzjonali, biex ma nsemmix l-impatt ta’ dak li gara f’Settembru li ghadda.
Ninnota wkoll b’sodisfazzjoni li grazzi ghall-impenn tal-ufficjali tal-ETC u bl-ghajnuna tal-Unions, instabu soluzzjonijiet ghal numru sostanzjali ta’ haddiema li tilfu xogholhom minhabba sensji ghar-ragunijiet li semmejt. Minn 646 persuna ssensjata f’erba intraprizi matul dawn l-ahhar xhur, fadal biss 104 persuna jirregistraw fl-ewwel parti tar-registru. Instab xoghol ghal 336 ruh f’temp qasir minn meta gew issensjati u naturalment ghadu ghaddej l-impenn biex jinstab ix-xoghol ghall-ohrajn kollha. Imma l-punt li rrid nenfasizza huwa li l-opportunitajiet ta’ xoghol qieghdin hemm u li impenn b’koordinazzjoni bejn l-imsiehba socjali, nkluz il-Unions, iwassal ghal soluzzjonijiet fl-interess tal-haddiema li jkunu qed ifittxu x-xoghol b’mod genwin.
Din l-istess politika ta` diskussjoni hija mhaddna mill-Unjoni Ewropea. L-Istrategija Ewropea tax-Xoghol tishaq li l-politika dwar ix-xoghol mhix ir-responsabbilta` biss tal-Gvernijiet. L-imsiehba socjali, l-imsiehba regjonali u lokali u l-organizazzjonijiet mhux governattivi ghandhom x’jaghtu billi jimpenjaw irwiehom sabiex jilhqu l-objettivi dwar ix-xoghol. Dawn l-objettivi jinkludu:
- Il-holqien ta` impjiegi godda b’kundizzjonijiet xierqa ghas-setturi kollha fis-suq tax-xoghol;
- il-preparazzjoni tal-haddiema ghall-isfidi godda li qed jinholqu fil-qasam tax-xoghol permezz ta’ aktar tahrig u gharfien li bih il-haddiem ikun jista jsib u jzomm xoghol tul iz-zmien;
- Il-htiega’ li l-azjendi u l-intraprizi jaggornaw kontinwament mal-bidliet ekonomiici filwaqt li jaraw kif isahhu l-garanzija tax-xoghol;
- Il-provvediment ta’ access ekwu ghall-opportunitajiet tax-xoghol lil kull min jinsab fis-suq tax-xoghol.
F’dan il-kuntest, f’Settembru li ghadda jiena kont habbart it-twaqqif tal-Kumitat ghall-Politika fil-Qasam tal-Impjiegi. Dan ghamiltu ghaliex wara tlett snin ta’ hidma bla heda li taghtna rizultati tajbin hafna, wasalna issa biex nidhlu f’fazi gdida li tkompli tippreparana ghall-isfidi tal-gejjieni.
Dan il-kumitat issa ser jibda process li ghandu jwassal ghal analizi aktar dettaljata ta` x’inhuma l-bzonnijiet f’dan il-qasam filwaqt li jibni l-kapacita’ effettiva li jirrapporta regolarment dwar is-sitwazzjoni tas-suq tax-xoghol f’pajjizna. Permezz ta` dan il-process il-Gvern, flimkien ma` l-imsiehba socjali, ikun jista` jipproponi skemi u inizjattivi godda fil-qasam tax-xoghol u tahrig li jwasslu ghall-rizultati aktar effettivi fejn min ihaddem jiggenera iktar opportunitajiet ta` xoghol b’kundizzjonijiet tajba u xierqa, u l-haddiema ikunu iktar preparati ghall-isfidi li qed jinholqu f’dan il-qasam bhalissa.
Il-Korporazzjoni tax-Xoghol u t-Tahrig ser tikkoordina dan il-kumitat minhabba li hija responsabbli ghall-inizjattivi kollha li qeghdin jittiehdu f’dan il-qasam bhalissa.
Hija wkoll responsabbli li tigbor informazzjoni fuq dak kollu li jkun qed isir fil-qasam tax-xoghol u t-tahrig biex tirrapporta lill-Kummissjoni Ewropea b’dak kollu li jkun ghaddej. Il-Kummissjoni Ewropea qed titlob rapport minghand kull pajjiz applikant skond id-decizjoni li ttiehdet fis-Summit straordinarju ta` l-impjiegi li sar fil-Lussemburgu f’Novembru ta` l-1997. Dan il-process inbeda f’Ottubru li ghadda meta Malta flimkien mal-Kummissjoni Ewropea iffirmat ir-rapport li fih jinkludi l-prioritajiet fil-qasam tax-xoghol li l-pajjiz ghandu jiehu azzjoni konkreta u immedjata fuqhom.
Ir-rwol tal-Employment Focal Points ser ikun appuntu dak li jipprovdi informazzjoni dwar dak li jkun qieghed isehh fil-qasam tax-xoghol u t-tahrig lill-Kumitat. Min-naha l-ohra l-Focal Points ser jinghataw informazzjoni dwar dak li jkun ghaddej fil-qasam tax-xoghol u t-tahrig f’Malta u barra minn Malta bil-ghan li l-proposti u r-rakkomandazzjonijiet ikunu bbazati fuq dak li qieghed jigri bhalissa f’dan il-qasam.
Il-Focal Points gew mahtura minn kull Ministeru tal-Gvern u mill-imsiehba socjali kollha li jinkludu l-ghaqdiet ta` min ihaddem, it-trejd unjons u ghaqdiet mhux governattivi. Gew mahtura Focal Points minn kull Ministeru tal-Gvern bil-ghan li nrawmu iktar diskussjoni u tibdil ta` ideat bejn il-Ministeri. Jiena konvint li din id-diskussjoni tkompli twassal ghall-politika koordinata li tissarraf f’servizz effettiv u efficjenti lic-cittadin.
Min-naha l-ohra l-imsiehba socjali l-ohra gew mitluba huma wkoll jahtru Employment Focal Point minhabba li l-Gvern prezenti jemmen fil-kontribut siewi li jistghu jaghtu. Huma jafu x’inhu l-polz tas-socjeta` taghna ghax ihabbtu wicchom ma` dak li qed jigri fil-qasam tad-dinja tax-xoghol il-hin kollu. Permezz tal-kontribut taghhom il-Gvern ikun jista` jkompli jfassal politika li tirrifletti r-realta` f’dan il-qasam.
F’dan il-kuntest ippermettuli nelenka numru ta’ prioritajiet li nitlob lill-kumitat u lill-Korporazzjoni tax-Xoghol u Tahrig sabiex jikkunsidraw fid-dettal matul dawn it-tnax il-xahar li gejjin:
Hemm bzonn li naghmlu analizi dettaljata biex naraw kif is-sistema ta` taxxi u beneficcji li ghandna, jincentivaw lil min qed ifittex xoghol biex jibda jahdem fis-suq tax-xoghol;
Il-Kumitat ghandu jiffoka fuq il-holqien ta’ strutturi, legislazzjoni u servizzi mehtiega sabiex iktar nisa jithajru ghall-impjieg fis-suq tax-xoghol. Din il-politika ghandha tassigura forom ta` xoghol li huma flessibli imma li fl-istess hin joffru sigurta` lill-haddiem; thajjar aktar nisa jidhlu jahdmu f’setturi li fihom hemm zbilanc bejn is-sessi; tipprovdi trattament ugwali fuq il-post tax-xoghol minghajr diskriminazzjoni bejn is-sessi; tipprovdi servizzi ghall-kura u z-zamma tat-tfal; thajjar aktar nisa jidhlu fil-qasam vokazzjonali; u tassigura li jkun hemm aktar nisa f’posizzjonijiet gholja fejn jittiehdu d-decizjonijiet. Jiena qieghed nittama li l-proposti li ressaqna fil-White Paper dwar il-ligi tax-xoghol u dawk li ser nippubblikaw fil-granet li gejjin dwar ligi li tittrata l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irgiel, ser jghinu lill-Kumitat f’dan l-ezercizzju.
Il-Kumitat irid jiffoka wkoll fuq:
it-trazzin tas-settur informali u ta’ dawk kollha li jahdmu minghajr m’huma registrati skond il-ligi;
l-izvilupp ta` politika attiva tax-xoghol immirata lejn il-bzonnijiet ta` gruppi partikolari fosthom: iz-zghazagh, nies bla xoghol li ghandhom iktar minn erbghin sena; nies li ilhom bla xoghol ghal zmien twil; u gruppi zvantaggati ohra.
It-tishih tas-servizz tal-vocational guidance u counselling offrut lill-istudenti li jwassal biex jkunu jafu dwar l-opportunitajiet ta` studju u xoghol li hawn fis-suq u individwi ohra li ghandhom bzonn dan is-servizz;
It-titjib tas-sistemi tat-tahrig vokazzjonali taghna permezz ta` iktar involviment min-naha ta` l-imsiehba socjali kollha;
It-tnaqqis tar-rati ta` l-illitterizmu;
It-thaddim tal-kuncett tal-lifelong learning biex individwu jkompli jitghallem tul hajtu kollha anke fuq il-post tax-xoghol stess;
L-izvilupp ta` sistema ta` certifikazzjoni li permezz taghha kull individwu jkun jista` jinghata certifikat ghall-gharfien li jhaddan ikun xi jkun;
Tfassil ta’ politika regjonali dwar l-impjiega ghall-gzira ta` Ghawdex;
Skemi ta’ tahrig u incentivi finanzjarji apposta sabiex aktar nies jithajjru jifthu impjieg ghal rashom, kif ukoll tnaqqis tal-burokrazija zejda li jistghu jiltaqghu maghha n-negozjanti, l-aktar dawk zghar u ta’ daqs medju;
U fl-ahhar u mhux l-inqas l-izvilupp tal-istrutturi mehtiega li permezz taghhom Malta tkun tista` timplimenta dak kollu li hu marbut mal-Fond Socjali Ewropew.
Il-Gvern prezenti huwa lest li jilqa` l-isfidi li qed jinholqu fil-qasam tax-xoghol u tahrig b’responsabbilta` u b’kuragg. L-inizjattivi li qed jittiehdu bhalissa huma ezempju car ta` l-impenn li qed jiehu l-Gvern prezenti f’dan il-qasam.
Madanakollu biex il-prioritajiet msemmija hawn fuq jintlahqu jehtieg li l-imsiehba socjali kollha jippartecipaw f’dan il-process b’mod shih. B’hekk biss inkunu nistghu naslu ghall-inizjattivi u proposti konkreti li verament iwasslu ghall-inqas qghad u ghall-ekonomija b’sahhitha li tiggenera iktar opportunitajiet ta` xoghol. Min-naha l-ohra l-imsiehba socjali kollha ghandhom jassiguraw li kull inizjattiva u proposta li tittiehed tkun wahda li tinkludi lil kulhadd u li ma tiddiskrimina ma ebda kategorija jew grupp fis-socjeta` Maltija.
Jiena konvint li l-Kumitat li qed jigi mwaqqaf illum ser jservi ta` xprun biex l-imsiehba socjali jaqsmu l-idejat taghhom u jikkontribwixxu b’mod konkret ghall-iktar zvilupp fil-qasam tax-xoghol u t-tahrig.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN