IL-PRIM MINISTRU JATTENDI L-LAQGĦA TAL-KAPIJIET TAL-GVERN TAL-COMMONWEALTH
Il-Prim Ministru llum ħalla Malta għall-Awstralja, fejn se jieħu sehem fil-Laqgħa li ssir kull sentejn, tal-Kapijiet tal-Gvern tal-Commonwealth.
Il-Laqgħa, li għandha t-tema 'The Commonwealth in the 21st Century : Continuity and Renewal', se ssir f'Coolum, fl-Istat ta' Queensland.
Il-Prim Ministru se jkun akkumpanjat mis-Sinjura Fenech Adami, il-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Joe Borg, u s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin Gaetan Naudi.
Fl-Awstralja, se jingħaqdu mad-delegazzjoni, id-Direttur ta' l-Affarijiet Multilaterali fil-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin Anthony Borg, u John Busuttil mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin.
Il-Prim Ministru mistenni lura Malta nhar l-Erbgħa, 6 ta' Marzu.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN