Left arrow Mur Lura

LM19,154 IPPREŻENTATI MILL-E.T. IL-PRESIDENT TA' MALTA U S-SINJURA DE MARCO F'ISEM IL-MALTA COMMUNITY CHEST FUND

PR253
Date Icon 27/02/2002

L-E.T. il-President ta' Malta u s-Sinjura de Marco illum, f'isem il-Malta Community Chest Fund, ippreżentaw għajnuna finanzjarja, apparat speċjalizzat u diversi għajnuniet oħra lil diversi istituzzjonijiet u individwi fil-bżonn. Il-preżentazzjoni saret dalgħodu fil-Palazz, Valletta.

It-total tas-somma ippreżentata tlaħħaq id-LM 19,154.

Dalgħodu 9 istituzzjonijiet filantropiċi u 116-il individwu ibbenefikaw minn dawn il-fondi. Dawn ta' l-aħħar ibbenefikaw min total ta' LM 17,543, li minnhom LM 7,700 huma għajununa għal apparat speċjali. Dan l-apparat speċjali jikkonsisti fi special wheelchairs, special buggies, lifting chairs u oħrajn. L-istituzzjonijiet u assoċjazzjonijiet li rċevew l-għajnuna ippreżentata dalgħodu mill-E.T. il-President u s-Sinjura de Marco huma kif ġej :

John XXIII Peace Laboratory              LM 500
Mental Health Association                LM 250
Ward u Żahar                                  LM 200
Franciscan Sisters, Qormi                LM 192

Istituzzjonijiet ohra huma c-Children's Homes, Franciscan Sisters, Valletta; St. Francis de Paule Home, B'Kara; Għaqda Maltija neqsin mid-dawl; Għaqda Filantropika Ġenituri u Persuni b'Diżabilita'.

Il-President ta' Malta, l-Prof. Guido de Marco qal li l-Malta Community Chest Fund qed tipprova tilħaq mhux biss lill-istituzzjonijiet filantropiċi, iżda aktar importanti minn hekk lill-individwi. Dan jista’ jsir grazzi għall-fondi li jinġabru mid-diversi attivitajiet li jiġu organizzati minn żmien għal żmien mill-Malta Community Chest Fund, mid-donazzjonijiet tal-poplu, u bl-għajnuna ta' hafna voluntiera.

Il-President irrifera wkoll għall-programm tat-televiżjoni “L-Istrina”, ta' Diċembru li għadda, u rringrazzja pubblikament lill-poplu Malti għall-ġenerożita' li wera waqt il-ġbir tal-fondi. Il-President semma li naturalment mill-flus li ngabru f' “L-Istrina”, il-Malta Community Chest Fund tibda tircevihom iktar ’il quddiem.

Fi kliem il-President ta' Malta, il-Malta Community Chest Fund qed taqsam il-flus li tiġbor mal-poplu Malti kollu b'mod speċjali dawk li huma fil-bzonn. Hu faħħar lid-diversi assoċjazzjonijiet, fosthom il-Knisja u soċjetajiet reliġjużi, li qed jaħdmu għal dan il-għan. Il-President irringrazzjahom għax-xogħol ta' dedikazzjoni u vokazzjoni li qegħdin jagħmlu b'risq dawn l-individwi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow