Id-Dipartiment taz-Zghazagh u Sport - sponsor ewlieni tal-AIESEC
Is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, l-Onor. Jesmond Mugliett dal-ghodu ha sehem f`konferenza stampa organizzata mill-AIESEC (Malta), fejn kien imhabbar li bejn it-18 u 27 ta` Marzu, sejra tkun organizzata laqgha tal-Presidenti Internazzjonali tal-AIESEC.
Waqt din il-konferenza, il-Perit Mugliett habbar li s-Segretarjat ser ikun sponsor ewlieni ta` din il-laqgha, fejn mistennija jattendu Malta madwar 200 delegat mit-Team Ezekuttiv Internazzjonali tal-AIESEC.
Is-Segretarju Parlamentari esprima s-sodisfazzjon li jara li l-ghaqdiet taz-zghazagh Maltin jiehdu inizjattivi bhal dawn, inizjattivi li jpoggu fuq l-organizzazzjoni nazzjonali, responsabiltajiet enormi ta` organizzazzjoni. Mill-esperjenza tieghu, kull meta l-ghaqdiet taz-zghazagh Maltin dahlu ghar-responsabiltajiet ta` din in-natura, dejjem ghamlu unur lil pajjizhom
Ir-raguni wara din l-ghajnuna finanzjarja li Gvern ser jghaddi lill-AIESEC hija motivata mit-twemmin li l-Gvern ghandu jinkoraggixxi liz-zghazagh jiehdu inizjattivi ta` leadership u intrapriza. Huwa b`hidmiet ta` din n-natura li nhejju generazzjonijiet mexxejja - fid-diversi setturi - ghal ghada.
L-AIESEC hija ghaqda prestigjuza ta` studenti mill-istudji tal-kummerc mid-dinja kollha. Laqgha ta` dan id-daqs f`Malta sejra taghti opportunitajiet lill-mexxejja zghazagh Maltin joholqu kuntatti ma` shabhom mid-dinja kollha. Jaghti wkoll l-opportunitajiet lill-mexxejja zghazagh mid-dinja kollha, li jsiru jafu lil Malta mill-qrib. Dan jista` jwassal ghal ghadd ta` inizjattivi fil-gejjieni li wiehed qajla jipprevedihom.
Is-Segretarju Parlamentari Mugliett fahhar lill-AIESEC (Malta) talli qieghda tiehu bis-serjeta` ir-rwol taghha bhala ghaqda taz-zghazagh b`vizjoni ghall-gejjieni, li s-success taghha sejjer jiddependi mill-intrapriza u l-innovazzjoni.
Stqarrijiet Oħra:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN