Diskors mill-onor. ninu zammit, Ministru ghall-Agrikoltura u Sajd, fil-ftuh tal-process ta’ konsultazzjoni dwar il-Programm ta’ Zvilupp Rurali ghall-Gzejjer Maltin
Sinjuri,
Nirringrazzjakom li ghogobkom tilqghu l-istedina taghna ghall-okkazjoni tal-lum.
Dan il-jum hu wiehed ta’ grajja ta’ importanza kbira ghall-Ministeru ghall-Agrikoltura u Sajd. Illum qed naghtu l-bidu formali tal-konsultazzjonijiet ma’ ghaqdiet li jirrapprezentaw lis-settur tal-biedja u dak rural, kif ukoll dawk ambjentali u socjali. Dan il-process ghandu jwassal ghall-formulazzjoni tal-Pjan ta’ Zvilupp Rurali ghall-Gzejjer Maltin ghas-snin 2003 sa 2006.
Minn naha tal-Ministeru, digà sar hafna xoghol preliminari ghal dan il-pjan u b’mod partikolari biex titwaqqaf struttura li se tghin l-esperti fit-tfassil ta’ dan il-pjan. Din l-istruttura se tkun immexxija mis-Sur Tony Meli, Principal Scientific Officer, fid-Dipartiment tal-Biedja, taht id-direzzjoni tas-Segretarju Permanenti u d-Direttur tal-Policy u Ippjanar fil-Ministeru. Il-hsieb hu li, kif intqal mis-Segretarju Permanenti, fi hdan it-Taqsima ta’ l-Agrikoltura u Zvilupp Rurali, se jitwaqqaf direttorat li jkun fdat bit-twettiq tal-pjan rurali ghas-snin li gejjin.
Ilha tinhass il-htiega ta’ pjan rurali biex jghin kemm fl-izvilupp tal-biedja kif ukoll dak rurali. Dan jixhduh diversi studji li kienu ikkummissjonati mill-Ministeru. Dawn l-istudji thejjew minn esperti Maltin u ohrajn barranin kif ukoll minn organizzazzjonijiet bhal ma hi l-Organizzazzjoni ta’ l-Ikel u l-Biedja (il-FAO), u l-Istitut ghall-Istudji Agronomici f’Bari, li hu fergha tac-CIHEAM. Dawn l-istudji servew bhala sfond ghal Market Policy Programme, li qed jithejja ghas-settur tal-biedja, u l-istess studji jirrakkomandaw numru ta’ mizuri, fosthom it-tfassil ta’ pjan rurali.
Permezz tal-hidma kollha li trid titwettaq biex jitfassal dan il-pjan ghall-izvilupp rurali f’pajjizna, qeghdin nirrikonoxxu l-importanza tas-settur tal-biedja u dak rurali fl-izvilupp socjo-ekonomiku ta’ Malta u Ghawdex. It-tfassil ta’ dan il-pjan hu wkoll bzonn u obbligu irrispettivament nissihbux jew le fl-Unjoni Ewropea.
Biex dan isehh, il-Ministeru flimkien mal-qasam tal-biedja jrid jahdem id f’id fit-tfassil ta’ progetti bil-ghan li s-settur isir multi-funzjonali, jigifieri li l-biedja ghandu jkollha diversi funzjonijiet ohra barra l-produzzjoni ta’ l-ikel. Ghaldaqstant, ghall-izvilupp tal-biedja fid-dimensjonijiet taghha kollha, wiehed irid jitkellem dwar Pjan ta’ Zvilupp Rurali.
Hu tabilhaqq dan li ahna wkoll ser inmiddu jdejna ghalih. Hu ghalhekk li jien sejjaht dan il-jum bhala grajja importanti fejn kulhadd, l-Istat, l-ghaqdiet tas-setturi koncernati kif ukoll l-NGOs, qeghdin naghtu gharfien ta’ l-importanza tal-biedja fis-sens wiesgha taghha; u li flimkien se nhejju l-ewwel Pjan ta’ Zvilupp Rurali fil-Gzejjer taghna. Hu minnu li pjan bhal dan seta’ sar fl-imghoddi. Madankollu, il-pjan li se nfasslu flimkien se jsir fi zmien fejn l-Unjoni Ewropea wkoll qed taghraf b’mod aktar konkret il-htiega u l-importanza ta’ zvilupp rurali fil-Politika Agrikola Komuni. Dan jaqbel ghal pajjizna ghax minn dan l-izvilupp nistghu nibbenifikaw ferm aktar. Dan l-izvilupp se jaghti nifs gdid lis-settur tal-biedja u dak rurali u se jghin ukoll biex inharsu l-patrimonju storiku, rurali u kulturali.
Izda tajjeb li nfakkar fil-htigiet immedjati tal-bdiewa u r-rahhala. Dawn il-htigiet se jkunu indirizzati permezz tal-Market Policy Programme li semmejt qabel u li jipprovdi income support mhux biss fil-perjodu fejn se jitnehhew it-taxxi jew levies minn fuq prodotti agrikoli impurtati izda wkoll, jipprovdi income support ghal numru ta’ snin wara li jitnehhew l-istess taxxi.
Dan il-programm ta’ ghajnuna, li bi shubija jista’ jkun co-financed mill-Unjoni Ewropea, ghandu jaghti direzzjoni lis-settur agrikolu f’pajjizna kif ukoll ghandu jservi ta’ pont li jwassal ghall-mizuri li se jkunu identifikati flimkien maghkom fil-pjan ghall-izvilupp rurali. F’dan l-isfond, dan il-pjan hu marbut intimament mal-Market Policy Programme. Huma katina u wiehed ma jistax jifridhom jew jibbaza biss fuq il-market policy programme jew fuq il-pjan rurali wahdu. Dan ikun zball u imur kontra l-principju u kontra l-mirata’ biedja sostenibbli.
Dan il-jum hu wkoll jum ta’ opportunità gdida. Pjan ta’ din ix-xorta jitlob il-partecipazzjoni ta’ kull min ghandu interess dirett fis-settur tal-biedja u f’dak rurali. Kien ghalhekk li bghatna ghalikom biex tinghatalkom l-opportunità li taghtu sehem pozittiv fit-tfassil ta’ dan il-pjan.
Id-Dokument Preliminari ta’ Konsultazzjoni li ntbaghtilkom flimkien ma’ l-istedina tieghi biex tiehdu sehem f’dan il-process ta’ konsultazzjoni:
- jesponi vizjoni ghall-biedja taghna,
- jesponi l-izvilupp tal-biedja nfisha u dak rural, kif ukoll
- jesponi lista ta’ mizuri li ghandhom iwasslu biex din il-vizjoni tintlahaq.
Fi ftit kliem, nahseb naqblu li l-vizjoni ghal dan is-settur ghandha tkun dik ta’ zvilupp sostenibbli fejn, FUQ NAHA WAHDA:
- is-settur tal-produzzjoni tal-biedja jmur ’il quddiem;
- jitjiebu l-mezzi ta’ produzzjoni kif ukoll il-kwalità tal-prodott;
- tkun enfasizzata aktar l-importanza tal-kompetittiva u tad-domanda tas-suq,
U FEJN, FUQ IN-NAHA L-OHRA, il-multi-funzjonalità tas-settur tal-biedja jkollha l-ispazju kollu biex tkun zviluppata.
Ta’ min jinnota li fid-Dokument Preliminari ta’ Konsultazzjoni qed tissemma l-htiega ta’ perjodu ta’ adattament. Ghal dan l-adattament u, fuq kollox, biex il-vizjoni tkun tista’ tintlahaq, id-Dokument Preliminari ta’ Konsultazzjoni jelenka numru ta’ mizuri li zgur jezawrixxu l-htigiet li pajjizna ghandu fil-qasam tal-biedja u dak ta’ l-izvilupp rurali. Dawn il-mizuri huma migbura taht hames gruppi. Se tisimghu aktar dwar il-vizjoni u dawn il-mizuri minn kelliema ohra li se jitkellmu warajja.
Id-Dokument Preliminari ta’ Konsultazzjoni jinkludi wkoll numru ta’ mistoqsijiet, kemm dwar il-vizjoni kif ukoll dwar il-mizuri nfushom.
Hu tabilhaqq dan l-objettiv li hu mitlub minn kull wiehed u wahda prezenti f’din is-sala, ghall-beneficcju taghkom u l-organizzazzjoni li tirrapprezentaw, ghall-beneficcju tas-settur agrikolu in generali, u ovjament ghall-beneficcju ta’ pajjizna.
F’din u f’laqghat ohra simili, se jkollkom ukoll opportunità li tippartecipaw u tifhmu aktar dwar:
- il-qafas tal-Pjan ta’ Zvilupp Rurali li flimkien, ahna se nipproponu ghall-Gzejjer Maltin ghal matul is-snin 2003 - 2006;
- il-vizjoni li wiehed jistenna u li dwarha jkun hemm qbil;
- il-possibbiltajiet ta’ finanzjament mill-Unjoni Ewropea; u
- il-mizuri li dwarhom ghandna naqblu biex jintlahaq dak li rridu ghas-settur tal-biedja u dak rurali.
Digà ghidt li din tal-lum hi l-ewwel laqgha dwar id-Dokument ta’ Konsultazzjoni. L-ghan ahhari taghna jibqa’ li tinghata l-opportunità lil kulhadd biex isemma l-fehma tieghu u wara, b’konsultazzjoni u gharfien aktar fil-fond, inkunu nistghu naslu flimkien ghall-abbozz ta’ pjan u, aktar ’il quddiem, ghat-twettiq ta’ zvilupp rurali li jixraq u li jkun adatt ghal pajjizna.
Se jitwaqqfu minn fostkom diversi gruppi zghar ta’ konsultazzjoni. Kull grupp se jikkoncentra fuq wahda mill-mizuri. Dan ifisser li se jkun hemm sensiela ta’ laqghat ta’ diskussjoni.
Barra minhekk, fl-20 ta’ Marzu li gej se jiltaqa’ l-Grupp Konsultattiv dwar il-Pjan ta’ Zvilupp Rurali biex ikunu identifikati l-punti tajbin u dawk dghajfa li ghandha l-biedja Maltija. Irrid inhabbar ukoll li se jitwaqqaf Kumitat Inter-Ministerjali li b’mod generali se jaghti direzzjoni strategika biex dan il-pjan jitfassal u eventwalment jitwettaq.
Dan hu kollu xoghol mill-aktar siewi ghax hu proprju b’impenn ta’ din ix-xorta li ahna naslu biex infasslu l-Pjan ta’ Zvilupp Rurali li pajjizna jehtieg.
Mhux biss. Dan l-ezercizzju kollu se jservi bhall-blueprint biex, ghall-gejjieni, ahna stess ikollna l-kapicità nfasslu pjan ta’ din ix-xorta. Ghal wara l-2006, irid ikollna pjan iehor ta’ zvilupp rurali ghal pajjizna. Ix-xoghol fuqu jrid jibda mhux aktar tard min-nofs is-sena 2005 - tliet snin ohra. L-esperjenzi ta’ dan l-ewwel pjan zgur li huma bzonjuzi ghal meta naslu biex jitfassal it-tieni pjan.
Hu tabilhaqq ta’ sodisfazzjon kbir ghalija li llum iltqajt maghkom biex jinbdew il-konsultazzjonijiet li ghandhom iwasslu biex pajjizna jkollu l-ewwel Pjan ta’ Zvilupp Rurali.
Jien nawgura kull success lil dan l-ezercizzju storiku. Irrid nawgura wkoll li kull wiehed u wahda fostna jilhaq l-impenn li xoghol bhal dan jisthoqqlu. Jien ukoll fiducjuz li l-ufficjali tal-Ministeru tieghi se jaghtu sehemhom fit-twettiq tal-politika tal-Gvern ghal dan il-qasam.
Filwaqt li nirringrazzja lill-Università ta’ Cranfield u l-esperti kollha, b’mod partikolari lill-Professur Simon Armstrong li jinsab maghna llum, nawgura wkoll li t-tfassil tal-pjan ikun esegwit kif inhu programmat.
Ghal darb’ohra, nawguralkom kull success fil-hidma taghkom u nirringrazzjakom ghas-sehem li se taghtu fil-formulazzjoni ta’ dan l-ewwel Pjan ta’ Zvilupp Rurali.
Nirringrazzjakom ghall-attenzjoni.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN