Left arrow Mur Lura

L-ISPORTS F'GHAWDEX

PR243
Date Icon 25/02/2002

"L-eżerċizzju fiżiku huwa essenzjali għal kull persuna ta' kull eta'. Huma ħafna l-istudji li b'mod repetittiv jgħidulna li kulħadd għandu jiddedika ftit ħin kull jum għal xi tip ta' attivita fiżika. Hija wkoll ir-responsabbilta' ta' kull gvern li jipprovdi ambjenti attrezzati għal dan il-għan u li jippromwovi stili ta' ħajja li huma ta' benefiċċju għaċ-ċittadini." Dan qalitu l-Ministru għal Għawdex Ġiovanna Debono, il-bierah fil-għodu waqt l-inawgurazzjoni ta' playing field fl-inħawi ta' Ġokk, fix-Xewkija, Għawdex. Il-playing field ingħata l-isem 'Castelvenere'. Dan huwa raħal fl-Italja, qrib Napli li l-ġimgħa li għaddiet, il-Kunsill Lokali tax-Xewkija iffirma arrangament ghall-bidu ta' ġemellaġġ mçgħu.

Il-Ministru tkellmet dwar l-importanza ta' l-ispazji dedikati speċjalment għat-tfal, li jipprovdu ambjent relattivament mingħajr perikli li fihom il-ġenituri ikunu jistgħu jieħdu lil uliedhom. Din r-responsabbilta', l-Gvern Ċenrali issa għaddha parti minnha lill-Kunsilli Lokali. Il-Kunsilli huma f'pożizzjoni ferm aktar ahjar li jidentifikaw il-bżonnijiet tal-lokal u lçma tipi ta' ambjenti huma bżonnjużi u addattati għall-passatemp tan-nies tal-inħawi.

"F'Għawdex l-isport u l-eżerċizzju fiżiku huwa żvog għal nies ta' kull eta' minn tfal sa kbar. Huma ħafna l-għaqdiet sportivi f'Għawdex. Insibu minn ta' quddiem l-għaqdiet tal-futbol. Dan tista' tgħid jibqa l-aktar sport popolari. Imma llum qed jiżdiedu wkoll f'Għawdex għaqdçt oħra li qed jippromwovu dixxiplini different għall-gosti ta' kullħadd. Dan hu ta' min jinkoraġġçh u jfaħħru ħafna. Aħna l-Maltin u l-Għawdxin għandna x-xorti li ngħixu f'pajjiż li jgawdi minn ġranet sħaħ ta' temp sabçħ li jippermetti lill-isportivi kollha jipprattikaw id-dixxiplina li jkollhom għall-qalbhom.

F'Għawdex, id-dilettanti ta' l-isports jistgħu ukoll jagħmlu użu mill-Kumpless Sportiv t'Ghawdex. Dan, sa minn meta nbena, dejjem offra faċilitajiet biex jistgħu jiġu pprattikati diversi tipi ta' sports. Il-Ministeru flimkien mal-Board ta' l-Isports t'Għawdex, ħa ħsieb li dan il-kumpless sportiv jinzamm f'kundizzjoni tajba. Matul din l-aħħar sena ngħatat manutenzjoni lis-saqaf u lid-dwal tas-sala prinċipali, kif ukoll lil wieħed miż-żewġ tennis courts tal-kumpless. Huwa ippjanat ukoll li tingħata manutenzjoni li parquet ta' din l-istess sala fil-futur qrib. Huwa maħsub li dan il-kumpless jilqa fih xi sessjonijiet tal-Loghob ghall-Pajjizi z-Zghar, li ser isiru f'Malta fl-2003.

Il-Ministeru ħa ħsieb ukoll il-manutenzjoni tal-grounds tal-futbol f'Sannat, fix-Xagħra, f'Kerċem u fil-Gozo Stadium. Bena l-Club Houses għat-timijiet tal-futbol tax-Xewkija u ta' Kerċem. Ħadem ukoll sabiex ix-Shooting Range fiż-Żebbuġ, il-korsa taż-żwiemel f'Ta' Xħajma u l-bowling pitches fil-Qbajjar, jinżammu f'kundizzjoni tajba. "

Il-Ministru faħħret ukoll lit-tim tal-Volleyball ta' San Lawrenz, li permezz tal-Programm tal-Unjoni Ewropea - Youth, irnexxilhom jagħmlu skambju ma' tim tal-volleyball mill-Italja u b'hekk kellhom l-opportunita' mhux biss li jiffurmaw ħbiberija ma' tfajliet Taljani b'interess simili fil-volleyball, imma wkoll li jaqsmu l-metodi tat-taħriġ li ż-żewġ timijiet għandhom.

Il-Ministru kkonkludiet billi ħeġġet lil dawk preżenti sabiex ikomplu fil-ħidma ċentralizata favur ir-raħal u biex kull deċiżjoni li l-kunsill jieħu fil-futur, tkun dejjem skond il-bżonnijiet tal-lokal u għall-ġid komuni tan-nies li jgħixu fih.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow